Il-mexxejja Ewropej jesprimu l-appoġġ għal Greenland u d-Danimarka, jikkundannaw lil Trump
Il-President tal-Parlament Ewropew Roberta Metsola flimkien mal-mexxejja tal-gruppi politiċi fil-Parlament Ewropew esprimre l-appoġġ tagħhom għal Greenland u d-Danimarka quddiem it-theddida tal-Istati Uniti li jieħdu f’idhom Greenland akkost ta’ kollox, filwaqt…
Il-President tal-Parlament Ewropew Roberta Metsola flimkien mal-mexxejja tal-gruppi politiċi fil-Parlament Ewropew esprimre l-appoġġ tagħhom għal Greenland u d-Danimarka quddiem it-theddida tal-Istati Uniti li jieħdu f’idhom Greenland akkost ta’ kollox, filwaqt li kkundannaw lill-president Amerikan Donald Trump u l-amministrazzjoni tiegħu.
Din is-sena, Trump u l-amministrazzjoni tiegħu żiedu dwar Greenland u heddew li jieħdu f’idhom territorju li l-pajjiż hu obbligat jiddefendi minn dan it-theddid bħala membru tan-NATO.
Greenland huwa territorju bi tmexxija awtonoma tad-Danimarka b’żona ta’ iktar minn 2.1 miljun kilometru kwadru u b’popolazzjoni ta’ madwar 56,000 persuna – madwar wieħed minn kull għaxra tal-popolazzjoni Maltija f’territorju li huwa 7,000 darba ikbar. Il-parti l-kbira tal-popolazzjoni huma l-popolazzjoni indiġena tal-Kalaallit: Greenlandic Inuit li waslu fil-gżira fil-Medjuevu.
Il-Konferenza tal-Presidenti enfasizzat l-appoġġ tagħha għal Greenland u d-Danimarka u qalet li kull attentat biex tkun imminata s-sovranità tagħhom u l-integrità tat-territorju “jiksru l-liġi internazzjonali u tal-Ġnus Magħquda.”
L-Ewroparlamentari ikkonkludew l-istqarrija tagħhom bi sfida għall-Kummissjoni Ewropea u l-Kunsill Ewropew biex jieħdu passi konkreti u tanġibbli biex jappoġġjaw lil Greenland u lid-Danimarka.
The post Il-mexxejja Ewropej jesprimu l-appoġġ għal Greenland u d-Danimarka, jikkundannaw lil Trump appeared first on Newsbook.
Read the full article at the original source
Visit Newsbook →