“Trump jew il-valuri demokratiċi Ewropej?” – Momentum dwar il-pożizzjoni ta’ Robert Abela, Ian Borg, u l-PN
Il-Partit Momentum qal li b’rabta mat-tariffa li trid titħallas sakemm jintlaħaq ftehim għax-xiri sħiħ u totali ta’ Greenland, l-Ewropa ma tistax u m’għandhiex iċċedi għal dawn it-tattiċi. The post “Trump…
Il-Partit Momentum qal li b’rabta mat-tariffa li trid titħallas sakemm jintlaħaq ftehim għax-xiri sħiħ u totali ta’ Greenland, l-Ewropa ma tistax u m’għandhiex iċċedi għal dawn it-tattiċi.
Dan wara li llbieraħ il-President Amerikan Donald Trump ħabbar li d-Danimarka, in-Norveġja, l-Iżvezja, Franza, il-Ġermanja, l-Olanda, il-Finlandja, u r-Renju Unit se jaffaċċjaw tariffa ta’ 10% fuq il-prodotti kollha mill-1 ta’ Frar, li se titla’ għal 25% fl-1 ta’ Ġunju.
Fi stqarrija, Momentum qal li l-għan huwa biċ-ċar li tinkiser l-għaqda Ewropea u li jiġi stabbilit ordni globali ġdid ibbażat mhux fuq il-liġi, imma fuq il-prinċipju li l-poter jidderieġi dak li hu sew.
Momentum qal li dan mhux imġiba ta’ alleat – “Trump wera li m’għadux ta’ min joqgħod fuqu għall-Ewropa. U l-Ewropa għandha b’saħħa tiddefendi l-valuri tagħha ta’ ‘Libertà, Ugwaljanza, u Fraternità’”.
Momentum qal l-għażla hija ċara: Jagħżlu lil Trump jew jagħżlu l-valuri demokratiċi Ewropej. Dan filwaqt li qal li Robert Abela u Ian Borg, u l-Partit Nazzjonalista għandhom jgħidu x’inhi l-pożizzjoni tagħhom – “Se jagħżlu unità mal-Ewropej jew jobdu President li qed iwettaq rikatt?”
B’rabta ma’ Borg, Momentum staqsa jekk għadux jara lil Trump bħala l-mudell politiku tiegħu.
Il-mexxej ta’ Momentum Arnold Cassola qal li dan huwa mument importanti għal Malta – “M’għadux żmien tal-ambigwità”.
Għal Momentum, l-għażla hija ċara: “Li ningħaqdu ma’ ħutna Ewropej hija l-unika pass viabbli ’l quddiem. Il-futur u s-sigurtà tagħna jinsabu fil-familja Ewropea li għandha l-valuri tal-paċi, tas-solidarjetà, u tad-demokrazija”.
The post “Trump jew il-valuri demokratiċi Ewropej?” – Momentum dwar il-pożizzjoni ta’ Robert Abela, Ian Borg, u l-PN appeared first on Newsbook.
Read the full article at the original source
Visit Newsbook →