Trump jgħid li mhux se jaħtaf lil Greenland bil-forza
Sa fl-aħħar Trump ikkonferma li l-Istati Uniti mhux se tuża l-forza, meta kien qed jindirizza l-Forum Ekonomiku Dinji f’Davos. The post Trump jgħid li mhux se jaħtaf lil Greenland bil-forza…
Wara ġimgħat ta’ tensjoni u pressjoni ekonomija, il-President Amerikan Donald Trump sa fl-aħħar iddikjara li mhux se jkun hemm l-użu tal-forza mill-Istati Uniti biex tieħu f’idha lil Greenland, it-territorju tad-Danimarka, pajjiż fundatur tan-NATO.
Sa fl-aħħar Trump ikkonferma li l-Istati Uniti mhux se tuża l-forza, meta kien qed jindirizza l-Forum Ekonomiku Dinji f’Davos.
“Ma rridx nuża l-forza. Mhux se nuża l-forza,” qal wara ġimgħat li matulhom ma riedx jikkonferma li mhux se juża l-forza.
“Kull ma qed titlob l-Istati Uniti hu li jkollha post jismu Greenland,” qal Trump. “Tistgħu tgħidu iva, u napprezzaw ħafna. Jew tistgħu tgħidu le u aħna niftakru.”
B’hekk il-president Amerikan xorta waħda insista fuq it-talba tiegħu li jakkwista territorju kontra l-volontà tal-popolazzjoni tal-post, il-gvern awtonomu tiegħu u tal-gvern tad-Danimarka, u l-pressjoni ekonomika tal-pajjiż biex jikseb il-mira tiegħu għadha ma ġietx eskluża.
U għada ma tneħħietx it-theddida li jiġu imposti tariffi kontra t-tmien pajjiżi Ewropej li bagħtu t-truppi tagħhom f’numri żgħar fi Greenland, fosthom id-Danimarka.
Trump insista li kien meħtieġ li l-Istati Uniti tikseb lil Greenland biex tiddefendiha, filwaqt li injora prinċipju ewlieni tan-NATO – li attack fuq membru wieħed fit-territorju ikun attack fuq il-membri kollha.
Dak li jżomm milli jseħħ attakk fuq Greenland mhux daqstant il-fatt li ntbagħtu t-truppi fuq il-gżira, imma l-fatt li din tkun dikjarazzjoni ta’ gwerra kontra t-32 membru tan-NATO, li jinkludu it-tliet potenzi nukleari – Franza, ir-Renju Unit u l-Istati Uniti.
The post Trump jgħid li mhux se jaħtaf lil Greenland bil-forza appeared first on Newsbook.
Read the full article at the original source
Visit Newsbook →