Attent: Twissija ġdida mis-CPD dwar il-maltemp fil-ħin li ġej
Environment 🇲🇹 Malti 📰 Newsbook 🕒 January 28, 2026 5:41 pm

Attent: Twissija ġdida mis-CPD dwar il-maltemp fil-ħin li ġej

Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili qed javża li għal għada l-Ħamis 29 ta’ Jannar inħarġet twissija tat-temp ta’ livell medju (yellow weather warning) skont informazzjoni mill-Uffiċċju Meteoroloġiku ta’ Malta. The post Attent:…

Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili qed javża li għal għada l-Ħamis 29 ta’ Jannar inħarġet twissija tat-temp ta’ livell medju (yellow weather warning) skont informazzjoni mill-Uffiċċju Meteoroloġiku ta’ Malta.

Il-kundizzjonijiet tat-temp huma mistennija jaqilbu għall-agħar mill-Ħamis filgħodu, bir-riħ mistenni jissaħħaħ matul dan il-lejl u li jista’ jilħaq Forza 7 u 8 ċerti ħinijiet matul il-jum ta’ għada. Huwa mistenni wkoll baħar qawwi.

Il-pubbliku huwa mħeġġeġ biex:

•⁠  ⁠Jeżerċita kawtela akbar, b’mod partikolari matul is-sigħat ta’ filgħodu u ta’ matul il-jum

•⁠  ⁠Ipoġġi b’mod sigur affarijiet li qegħdin fuq barra

•⁠  ⁠Jibqa’ attent għal bidliet fil-kundizzjonijiet tat-temp

•⁠  ⁠Isegwi l-istruzzjonijiet u l-avviżi uffiċjali maħruġa mill-awtoritajiet

•⁠  ⁠Iċempel 112 f’każ ta’ emerġenza.

Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili huwa preparat għal kull assistenza u qed ikompli jsegwi s-sitwazzjoni mill-qrib f’koordinazzjoni ma’ servizzi oħra ta’ emerġenza.

Aktar aġġornamenti se jinħarġu jekk il-kundizzjonijiet jinbidlu.

Intant fi stqarrija il-Ministru għall-Intern Byron Camilleri tenna għal darb’oħra l-appell biex kulħadd isegwi l-miżuri ta’ prekawzjoni filwaqt li ta s-serħan il-moħħ li l-Korpi Dixxiplinati huma dejjem preparati biex jassistu lill-familji filwaqt li rringrazzjahom tal-ħidma imprezzabbli li dejjem iwettqu.

The post Attent: Twissija ġdida mis-CPD dwar il-maltemp fil-ħin li ġej appeared first on Newsbook.

Read the full article at the original source

Visit Newsbook →