Ara: Is-saga li wasslet għar-riżenja ta’ Roderick Galdes
F’dan il-filmat nagħtu ħarsa lejn dak li ġara mill-2024 s’issa – skandli u allegazzjonijiet li nvolvew il-kumpanija Malita u anke l-proprjetajiet personali tal-eks ministru – u li wasslu għar-riżenja tiegħu…
Roderick Galdes irriżenja minn ministru nhar is-Sibt li għadda.
Dan wara burraxka ta’ allegazzjonijiet ta’ negozju mal-kuntratturi, ta’ ħabi ta’ proprjetà u ta’ ndħil politiku.
F’dan il-filmat nagħtu ħarsa lejn dak li ġara mill-2024 s’issa – skandli u allegazzjonijiet li nvolvew il-kumpanija Malita u anke l-proprjetajiet personali tal-eks ministru – u li wasslu għar-riżenja tiegħu l-ġimgħa li għaddiet.
Fost dawn hemm l-allegazzjonijiet ta’ Marlene Mizzi, l-eks chairperson ta’ Malita Investments.
Hemm ukoll ix-xiri ta’ appartament u garaxx f’Għawdex għall-prezz ta’ €140,000.
U l-iktar storja riċenti, fejn ingħad li l-FIAU kienet qed tinvestiga r-rabtiet bejn ħu Roderick Galdes u kuntrattur li ngħata xogħol mill-ministeru tal-akkomodazzjoni soċjali.
Galdes qed jiċħad l-allegazzjonijiet kollha u qal li rriżenja biex ikun jista’ jnaddaf ismu.
Filmat u muntaġġ: Miguela Xuereb
The post Ara: Is-saga li wasslet għar-riżenja ta’ Roderick Galdes appeared first on Newsbook.
Read the full article at the original source
Visit Newsbook →