Ara: Diskussjoni meqjusa “tajba” u “healthy” wara laqgħa dwar l-għażla għal Prim Imħallef
Politics 🇲🇹 Malti 📰 Newsbook 🕒 February 6, 2026 6:09 pm

Ara: Diskussjoni meqjusa “tajba” u “healthy” wara laqgħa dwar l-għażla għal Prim Imħallef

Borg deher dieħel Kastilja flimkien max-Shadow Minister Joe Giglio The post Ara: Diskussjoni meqjusa “tajba” u “healthy” wara laqgħa dwar l-għażla għal Prim Imħallef appeared first on Newsbook.

Il-Kap tal-Oppożizzjoni, Alex Borg mar Kastilja għal diskussjoni mal-Prim Ministru Robert Abela b’rabta mal-għażla ta’ Prim Imħallef ġdid. Laqgħa li ġiet deskritta miż-żewġ naħat bħala waħda “tajba” u “healthy”.

Borg daħal Kastilja flimkien max-Shadow Minister Joe Giglio għall-ħabta tas-6:30pm, bil-laqgħa li damet madwar siegħa. Man-naħa tal-Gvern kien hemm il-Ministru Jonathan Attard.

Din il-laqgħa tasal l-għada li l-President ta’ Malta, Myriam Spiteri Debono qalet li l-għażla tal-Prim Imħallef tiddependi minn vot fil-Kamra tar-Rappreżentanti, u wara li tkellmet sew mal-Prim Ministru kif ukoll mal-Kap tal-Oppożizzjoni, hija esprimiet il-konvinzjoni tagħha li ż-żewġ partijiet għandhom l-għaqal neċessarju biex jintlaħaq qbil fl-interess tal-Qrati u l-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja, is-Saltna tad-Dritt, l-Istat u fuq kollox il-poplu tagħna.

The post Ara: Diskussjoni meqjusa “tajba” u “healthy” wara laqgħa dwar l-għażla għal Prim Imħallef appeared first on Newsbook.

Read the full article at the original source

Visit Newsbook →