Imut Fr Paul Aquilina – l-aħħar Ġiżwita Malti fl-Indja
General 🇲🇹 Malti 📰 Newsbook 🕒 February 8, 2026 8:44 pm

Imut Fr Paul Aquilina – l-aħħar Ġiżwita Malti fl-Indja

Tħabbret il-mewt ta’ Fr Paul Aquilina, li kien l-aħħar patri Ġiżwita Malti fl-Indja. The post Imut Fr Paul Aquilina – l-aħħar Ġiżwita Malti fl-Indja appeared first on Newsbook.

Tħabbret il-mewt ta’ Fr Paul Aquilina, li kien l-aħħar patri Ġiżwita Malti fl-Indja.

Il-mewt tiegħu tħabbret mill-Isqof Awżiljarju Joseph Galea Curmi, li fakkar li kien għadu kif iltaqa miegħu fl-Indja s-sena li għaddiet.  

Tħabbret ukoll mill-Kummissarju Għoli ta’ Malta fl-India Reuben Gauci.  

Fr Paul Aquilina kie ilu l-Indja sa mill-1954, iżda qatt ma nesa l-għeruq Maltin tiegħu. Is-sena li għaddiet immarkat il-mitt anniversarju mill-wasla tal-Ġiżwiti Maltin fl-Indja, liema patrijiet ħadmu qatiegħ mat-tribu tas-Santal fl-istati Indjani ta’ Bengal tal-Punent, Jharkhand u Odisha.

Bħal Ġiżwiti oħra li ħadmu fost it-tribu tas-Santal, Fr Paul ukoll tgħallem il-lingwa ta’ dan it-tribu.

Għalkemm Fr Paul Aquilina kien l-aħħar Ġiżwita Malti fl-Indja, il-kommunita’ tal-Ġiżwiti ġewwa l-Belt ta’ Dumka fl-istat Indjan ta’ Jharkhand, liema kommunità ġiet imwaqqfa mill-Ġiżwiti Maltin, illum hija kbira ħafna b’bosta Ġiżwiti Indjani jagħmlu parti minnha, tant hu hekk li sal-ġurnata ta-lum, id-djoċesi ta’ Dumka hija magħrufa bħala bint Malta. 

Nhar il-Milied li gġada, Fr Paul kien bagħat filmat tiegħu nnifsu jkanta l-għanja tal-Milied Maltija “Ninni la Tibkix Iżjed” lill- Kummissarju Għoli ta’ Malta fi New Delhi sabiex dan tal-aħħar ikun jista’ jaqsmu mal-Maltin madwar id-dinja.

The post Imut Fr Paul Aquilina – l-aħħar Ġiżwita Malti fl-Indja appeared first on Newsbook.

Read the full article at the original source

Visit Newsbook →