Il-Papa Ljun l-iktar mexxej fid-dinja li qed igawdi fiduċja
Stħarriġ internazzjonali ta’ Gallup International żvela li l-Papa Ljun XIV huwa l-uniku mexxej fid-dinja li qed igawdi fama tajba b’mod globali. The post Il-Papa Ljun l-iktar mexxej fid-dinja li qed…
Stħarriġ internazzjonali ta’ Gallup International żvela li l-Papa Ljun XIV huwa l-uniku mexxej fid-dinja li qed igawdi fama tajba b’mod globali. Dan l-istudju joħroġ kuntrast qawwi mal-biċċa l-kbira tal-mexxejja politiċi madwar id-dinja li qed jaffaċċjaw livelli għoljin ta’ polarizzazzjoni, kif ukoll sens ta’ sfiduċja.
Is-sondaġġ tal-aħħar tas-sena li sar f’61 pajjiż u kien ibbażat fuq intervisti ma’ aktar minn 64,000 adult, huwa fost l-ikbar stħarriġ fid-dinja kollha li jitratta opinjoni pubblika u ilu jsir kull sena mill-1977 minn Gallup International Association.
#td_uid_1_698ac89e06158 .td-doubleSlider-2 .td-item1 {
background: url(https://cdn.newsbook.com.mt/wp-content/uploads/2026/02/08224046/Table-World-Leaders-80×60.jpg) 0 0 no-repeat;
}
#td_uid_1_698ac89e06158 .td-doubleSlider-2 .td-item2 {
background: url(https://cdn.newsbook.com.mt/wp-content/uploads/2026/02/08224552/Trend_Data_Pope_Leo_XIV-80×60.jpg) 0 0 no-repeat;
}
Ir-riżultati juru li 49% ta’ dawk li wieġbu għas-sondaġġ għandhom opinjoni favorevoli lejn il-Papa Ljun, filwaqt li 25% għandhom opinjoni differenti, u 26% qalu li m’għandhomx opinjoni. Dan jagħti lill-Papa riżultat nett ta’ +24, l-uniku mexxej fid-dinja b’riżultat pożittiv.
L-ogħla livelli ta’ appoġġ għall-Papa nstabu fil-Kroazja, il-Kenja u l-Perù, filwaqt li l-inqas appoġġ ġie rreġistrat fit-Turkija, l-Iraq u s-Serbja.
Fost il-mexxejja politiċi, il-President tal-Istati Uniti Donald Trump kiseb l-ogħla rata ta’ opinjoni favorevoli globalment bi 30%, segwit mill-President Ċiniż Xi Jinping b’29%. Il-President Russu Vladimir Putin u l-Prim Ministru tal-Indja Narendra Modi kisbu 25% kull wieħed, filwaqt li l-Prim Ministru Iżraeljan Benjamin Netanyahu ġie fl-aħħar post bi 19%.
Meta mqabbel mal-51 pajjiż li l-mexxejja tagħhom qed igawdu minn reputazzjoni pożittiva, il-Papa Ljun jibqa’ fuq quddiem nett. Warajh hemm Xi Jinping bi 18-il pajjiż, Donald Trump u Vladimir Putin bi 13-il pajjiż kull wieħed, Narendra Modi bi 11, u Netanyahu b’5 pajjiżi biss.
#td_uid_2_698ac89e07fff .td-doubleSlider-2 .td-item1 {
background: url(https://cdn.newsbook.com.mt/wp-content/uploads/2026/02/08224527/Global_Picture_Pope_Leo_XIV-80×60.jpg) 0 0 no-repeat;
}
#td_uid_2_698ac89e07fff .td-doubleSlider-2 .td-item2 {
background: url(https://cdn.newsbook.com.mt/wp-content/uploads/2026/02/08224536/National_Perspective_Pope_Leo_XIV-80×60.jpg) 0 0 no-repeat;
}
#td_uid_2_698ac89e07fff .td-doubleSlider-2 .td-item3 {
background: url(https://cdn.newsbook.com.mt/wp-content/uploads/2026/02/08224518/Global_Demographics_Pope_Leo_XIV-80×60.jpg) 0 0 no-repeat;
}
#td_uid_2_698ac89e07fff .td-doubleSlider-2 .td-item4 {
background: url(https://cdn.newsbook.com.mt/wp-content/uploads/2026/02/08224544/Trend_Data_Names_Pope_Leo_XIV-80×60.jpg) 0 0 no-repeat;
}
L-istħarriġ juri wkoll bidliet sinifikanti meta mqabbel mal-2017.
Dakinhar il-Papa Franġisku kellu total globali ta’ +38, li fl-2025 naqas għal +24 taħt il-Papa Ljun. Madanakollu, il-Pontifikat jibqa’ l-aktar istituzzjoni ta’ tmexxija fdata fid-dinja. Min-naħa l-oħra, Donald Trump baqa’ figura polarizzata ħafna, filwaqt li r-reputazzjoni ta’ Xi Jinping, Modi, Putin u Netanyahu marret għall-agħar b’mod drastiku matul is-snin.
Analiżi reġjonali turi li l-Papa Ljun għandu appoġġ qawwi fl-Afrika, l-Amerka ta’ Fuq, l-Amerka Latina, l-Ewropa tal-Lvant u l-Awstralażja, kif ukoll fl-Ewropa tal-Punent. Madanakollu, il-fama tiegħu fil-Punent tal-Ażja hija mmarkata pożittiva minimalment filwaqt li fil-pajjiżi Għarab irriżultat negattiva.

Min-naħa l-oħra, bosta mexxejja politiċi qed jaffaċċjaw sfiduċja kbira f’bosta reġjuni. Donald Trump qed jiġi meqjus b’mod negattiv partikolarment fl-Ewropa tal-Punent u fl-Ażja tal-Grigal, filwaqt li Xi Jinping, Putin u Netanyahu qed jaffaċċjaw rifjut qawwi f’diversi partijiet tad-dinja.
L-istħarriġ jikkonkludi li, f’epoka ta’ tensjonijiet politiċi u globali, il-Pontifikat jibqa’ figura ta’ fiduċja u simbolu ta’ tmexxija morali li jegħleb il-fruntieri politiċi u kulturali, f’kuntrast mal-figuri politiċi li qed isiru dejjem aktar polarizzati fuq livell internazzjonali.
The post Il-Papa Ljun l-iktar mexxej fid-dinja li qed igawdi fiduċja appeared first on Newsbook.
Read the full article at the original source
Visit Newsbook →



