Awguri Norma!
General 🇲🇹 Malti 📰 Newsbook 🕒 February 10, 2026 5:20 am

Awguri Norma!

Norma ilha miżżewġa lil Joe mill-1 ta’ Ġunju tal-1975. Huma għandhom żewġ ulied, Angelè u Norman. The post Awguri Norma! appeared first on Newsbook.

L-attriċi Norma Cristina llum tagħlaq 76 sena. Hija twieldet fl-10 ta’ Frar tal-1950.

Norma hija bint Vitorin Galea.

  • Norma Cristina bdiet il-karriera tagħha bħala attriċi minn età żgħira. Fil-fatt Norma ilha aktar minn 64 sena tinterpreta partijiet fuq il-palk u t-televiżjoni.
  • Rajnieha f’diversi partijiet fosthom f’Qegħdin Sew, L-Avukat Gawdenz Bilocca, Santa Monika, Pupazz u Vittmi.
  • Fl-2013 Norma Cristina, li għal snin twal ħadmet fis-settur edukattiv, saret taf li kellha kanċer fil-musrana. Hija ma qagħditx lura milli titkellem fuq dak li għaddiet minnu biex tqajjem aktar għarfien biex in-nies jiċċekkjaw.
  • Norma ilha miżżewġa lil Joe mill-1 ta’ Ġunju tal-1975. Huma għandhom żewġ ulied, Angelè u Norman.

Nawguraw lil Norma Cristina l-isbaħ xewqat f’għeluq sninha

Ara din l-intervista ma’ Norma Cristina:

The post Awguri Norma! appeared first on Newsbook.

Read the full article at the original source

Visit Newsbook →