Dettalji iktar ċari dwar il-ħalib tat-trabi b’traċċi ta’ cereulide toxin
General 🇲🇹 Malti 📰 Newsbook 🕒 February 9, 2026 6:17 pm

Dettalji iktar ċari dwar il-ħalib tat-trabi b’traċċi ta’ cereulide toxin

Attent għaliex dawn il-prodotti fihom tossina li tikkawża sintomi ta’ avvelenament, inkluż dardir, rimettar u uġigħ ta’ żaqq lit-trabi tagħkom The post Dettalji iktar ċari dwar il-ħalib tat-trabi b’traċċi ta’…

Wara li fl-aħħar jiem ħarġet twissija biex wieħed ma jikkunsmax 11-il ħalib tat-trabi minħabba li jista’ jkun li fih traċċi ta’ cereulide toxin, l-Awtorità għas-Sigurtà tal-Ikel irċeviet kjarifikazzjonijiet mill-operatur li d-dati tad-durabilità għandhom jintużaw bħala referenza biex jiġu identifikati l-prodotti implikati.

Informazzjoni addizzjonali tat ukoll kjarifikat li l-Aptamil 1 (800g) u Aptamil Pronutra 1(800g) huma l-istess prodott. L-istess japplika għal Aptamil 2 (800g) u Aptamil Pronutra 2 (800g).

  • Aptamil Pronutra 1: 400g (18/11/2026); 800g (04/09/2026, 14/10/2026, 26/11/2026); 1200g (11/12/2026)
  • Aptamil Pronutra 2: 400g (22/12/2026, 27/01/2027); 800g (19/06/2026, 22/09/2026, 27/10/2026, 30/11/2026, 19/12/2026, 21/01/2027); 1200g (12/12/2026, 18/02/2027)
  • Aptamil AR 2: 400g (24/09/2026, 06/11/2026)
  • Cow & Gate Anti Reflux: 800g (16/12/2026, 18/02/2027)
  • Cow & Gate First: 800g (29/10/2026)
  • Cow & Gate Hungry: 800g (05/01/2027)
  • Bebelac 1: 400g (08/08/2026, 20/11/2026, 10/12/2026)

‘Cereulide’ hija tossina prodotta minn tipi ta’ ‘Bacillus cereus’. ‘Cereulide’ hija reżistenti ħafna għas-sħana, li jfisser li x’aktarx ma tiġix diżattivata jew meqruda bit-tisjir, bl-użu ta’ ilma jagħli jew waqt il-preparazzjoni tal-ħalib tat-trabi. Jekk tiġi kkunsmata, tista’ twassal malajr għal sintomi ta’ avvelenament mill-ikel. Is-sintomi kkawżati minn din it-tossina jistgħu jinkludu dardir, rimettar u uġigħ ta’ żaqq.

Il-konsumat​​ur m’għandux jikkonsma dawn il-prodotti b’dawn id-dati u huwa mitlub jew jarmi l-prodott indikat jew jirritornah lura minn fejn xtrah.

The post Dettalji iktar ċari dwar il-ħalib tat-trabi b’traċċi ta’ cereulide toxin appeared first on Newsbook.

Read the full article at the original source

Visit Newsbook →