Isir il-funeral tal-missjunarju Ġiżwita Fr Paul Aquilina fl-Indja
Fl-Indja ngħata l-aħħar tislima Fr Paul Aqilina, li kien l-aħħar Ġiżwita Malti f’dan il-pajjiż u li miet nhar il-Ħadd li għadda. The post Isir il-funeral tal-missjunarju Ġiżwita Fr Paul Aquilina…
Fl-Indja ngħata l-aħħar tislima Fr Paul Aqilina, li kien l-aħħar Ġiżwita Malti f’dan il-pajjiż u li miet nhar il-Ħadd li għadda.
Il-funeral tiegħu sar f’Dumka fil-provinċja ta’ Jharkand.
Prezenti kien hemm il-Kummissarju Għoli ta’ Malta fl-Indja Reuben Gauci.
Dan qal li l-missjunarja Maltija Marcette Buttigieg qaltlu li meta kien l-isptar, Fr Aquilina staqsa meta kien se jitħalla joħroġ mill-isptar biex ikun jista’ jmur f’daru fis-Siġġiewi.
Qal li meta tħalla joħroġ, għax ma seta’ jsirlu xejn iktar, Fr Paul ittieħed fid-dar tal-Ġiżwiti Jiju Jaher.
Fr Paul serva bħal missjunarju fl-Indja għal 72 sena sħaħ.
The post Isir il-funeral tal-missjunarju Ġiżwita Fr Paul Aquilina fl-Indja appeared first on Newsbook.
Read the full article at the original source
Visit Newsbook →