Jammetti li daħal jisraq minn ħanut f’Birkirkara, hedded impjegata b’sikkina
Raġel ta’ 39 sena residenti Birkirkara ġie arrestat wara investigazzjonijiet b’rabta ma’ attentat ta’ serqa minn ħanut f’Birkirkara stess. The post Jammetti li daħal jisraq minn ħanut f’Birkirkara, hedded impjegata…
Raġel ta’ 39 sena residenti Birkirkara ġie arrestat wara investigazzjonijiet b’rabta ma’ attentat ta’ serqa minn ħanut f’Birkirkara stess.
Il-Pulizija qalet li s-serqa kienet seħħet fit-30 ta’ Jannar li għadda, meta għal xi l-għaxra ta’ filgħodu raġel daħal f’ħanut fi Triq il-Wied u hedded lill-impjegat b’sikkina.
L-impjegat irnexxielu jiddefendi ruħu u l-ħalliel ħarab minn fuq il-post mingħajr ma seraq xejn.
Mill-investigazzjonijiet illi saru, il-Pulizija identifikat l-allagat ħalliel u ġie arrestat ilbieraħ.
Aktar kmieni llum, ir-raġel tressaq b’arrest fil-Qorti quddiem il-Maġistrat Ingrid Bianco.
Hu kien akkużat bl-attentat ta’ serqa, u li żamm persuna kontra l-volontà tagħha, fost oħrajn.
Ir-raġel wieġeb ħati tal-akkużi. Is-sentenza mistennija tingħata fl-20 ta’ Frar li ġej.
The post Jammetti li daħal jisraq minn ħanut f’Birkirkara, hedded impjegata b’sikkina appeared first on Newsbook.
Read the full article at the original source
Visit Newsbook →