Nhar San Pawl 12-il tfajla barranija jibdew il-formazzjoni reliġjuża f’Għawdex
Fil-jum tas-Solennità tan-Nawfraġju ta’ San Pawl, ir-raħal tal-Munxar ta merħba sabiħa lil 12-il tfajla li ser jibdew sentejn ta’ formazzjoni fi ħdan il-Kongregazzjoni tas-Sorijiet tal-Karità ta’ Santa Giovanna Antida. Huma…
Fil-jum tas-Solennità tan-Nawfraġju ta’ San Pawl, ir-raħal tal-Munxar ta merħba sabiħa lil 12-il tfajla li ser jibdew sentejn ta’ formazzjoni fi ħdan il-Kongregazzjoni tas-Sorijiet tal-Karità ta’ Santa Giovanna Antida. Huma ġejjin mill-Indja, il-Pakistan u l-Vjetnam.
Fi tmiem iċ-ċelebrazzjoni l-Isqof ta’ Għawdex Anton Teuma, waqt barka speċjali fuq il-komunità ġdida, għamel din it-talba lil Alla: “F’dan il-jum tal-festa, niftakru kif meta l-Appostlu sab ruħu fuq xtut mhux magħrufa, ma sabx biża’ imma merħba. Jalla l-vokazzjoni ta’ dawn it-tfajliet tiġi msaħħa, il-ferħ tagħhom ikun sħiħ u ħajjithom tkun xhieda tal-imħabba ħanina tiegħek. Għallimhom l-umiltà tas-servizz u l-kuraġġ tal-għotja totali ta’ ħajjithom”.
Il-merħba li n-nies taw lil dawn it-tfajliet tirrifletti l-qalb kbira li l-Maltin urew lil San Pawl meta wasal fi xtutna!
Fl-omelija tiegħu aktar kmieni, l-Isqof tkellem dwar il-bosta nawfraġji li jkollna fil-ħajja tagħna. Kif San Pawl għamel il-qalb lil dawk li kienu miegħu fuq il-ġifen f’nofs baħar imqalleb, l-Isqof qal li anki l-Kelma ta’ Alla llum takkumpanjana qalb it-tiġrib tal-ħajja, u twassalna wkoll għall-komunjoni madwar l-Ewkaristija.
The post Nhar San Pawl 12-il tfajla barranija jibdew il-formazzjoni reliġjuża f’Għawdex appeared first on Newsbook.
Read the full article at the original source
Visit Newsbook →