Vandaliżmu Ġgantija: Sentejn ħabs sospiżi u multa ta’ €15,000
General 🇲🇹 Malti 📰 Newsbook 🕒 February 11, 2026 8:04 pm

Vandaliżmu Ġgantija: Sentejn ħabs sospiżi u multa ta’ €15,000

Raġel mill-Ungerija ingħata sentenza ta’ sentejn ħabs sospiżi għal erba’ snin u ġie mmultat €15,000, wara li l-bieraħ inqabad inaqqax xi numri fuq parti mit-tempji tal-Ġgantija. Quddiem il-Qorti t’Għawdex, ir-raġel…

Raġel mill-Ungerija ingħata sentenza ta’ sentejn ħabs sospiżi għal erba’ snin u ġie mmultat €15,000, wara li l-bieraħ inqabad inaqqax xi numri fuq parti mit-tempji tal-Ġgantija.

Quddiem il-Qorti t’Għawdex, ir-raġel ta’ 30 sena ammetta l-akkużi imressqa kontrih.

Heritage Malta, l-aġenzija li tamministra t-tempji-Ġgantija qalet li r-raġel ikkawża ħsara rreparabbli meta nqabad inaqqax dawk li jidhru bħala żewġ numri permezz ta’ ġebla.

It-tempji Neolitiċi jinsabu fix-Xagħra, Għawdex u huwa ddikjarat mill-UNESCO bħala Sit ta’ Wirt Dinji. Is-sit jikkonsisti f’żewġ strutturi li jmorru lura għall-perjodu bejn 3,800 u 2,000 qabel Kristu.

Heritage Malta qalet fi stqarrija li għalkemm viżitaturi oħra wissew lir-raġel biex jieqaf, huwa injorahom kompletament u kompla jivvandalizza s-sit. L-uffiċjali ta’ Heritage Malta identifikaw lir-raġel meta daħal fil-ħanut tas-sit.

Meta ġie kkonfrontat mill-membri tal-istaff u tas-sigurtà, ir-raġel ammetta li ħażżeż fuq it-tempju, u qal li ħaseb li kien permess li jagħmel dan, minħabba l-preżenza ta’ graffiti storiċi fuq l-istess blata. Huwa baqa’ jikkopera meta l-Pulizija waslu fuq il-post, u anke esprima d-dispjaċir tiegħu.

L-aġenzija nazzjonali spjegat li jekk isir tentattiv biex jitneħħa it-tinqix fuq il-blat, dan jikkomprometti l-wiċċ orġinali tal-ġebla u joħloq kundizzjonijiet li jwasslu biex il-ġebla tinqered malajr. Għalhekk il-ħsara ġiet innutata li hija permanenti u rriversibbli. Iżda se jsir intervent biex tkun evitata iktar ħsara.

The post Vandaliżmu Ġgantija: Sentejn ħabs sospiżi u multa ta’ €15,000 appeared first on Newsbook.

Read the full article at the original source

Visit Newsbook →