James Van Der Beek ta’ Dawson’s Creek imut fl-età ta’ 48
L-attur James Van Der Beek ta’ sensiliet bħal Dawson’s Creek u Seventh Heaven miet fl-età ta’ 48 sena. Huwa kien ilu mill-2024 li sar jaf li kellu kanċer kolorettali. The…
L-attur James Van Der Beek ta’ sensiliet bħal Dawson’s Creek u Seventh Heaven miet fl-età ta’ 48 sena. Huwa kien ilu mill-2024 li sar jaf li kellu kanċer fil-musrana.
James Van Der Beek beda l-karriera tiegħu bħala attur fl-età ta’ 13-il sena wara inċident li kellu fil-futbol. L-ewwel parti li ħadem fuq il-palk kienet ta’ Danny Zuko fil-musical Grease.
Minbarra f’Dawson’s Creek u Seventh Heaven, James Van Der Beek ħadem f’sensiliet bħal CSI: Cyber, Don’t Trust the B— in Apartment 23, u Friends With Better Lives.
L-aħħar xogħol ta’ Van Der Beek huwa l-prequel ta’ Legally Blonde, Elle, serje televiżiva li għad trid tixxandar.
James Van Der Beek kien ilu mill-2010 miżżewweġ lil Kimberly Brook. Hua ġenituri ta’ sitta.
Ir-rata tal-kanċer fil-musrana kibret ħafna f’dawn l-aħħar 30 sena. Għoxrin fil-mija ta’ dawn il-każi nstabu f’dawk li kienu iżgħar minn 55 sena, żieda ta’ 11 fil-mija minn kif kienet fl-1995.
L-attur qal li meta ħass li kien hemm bdil fil-mod meta jmur it-tojlit beda jaħseb li dan kien kaġun għax jixrob ħafna kafè imma ma kienx il-każ. Għalhekk mar jiċċekkja saħħtu għand speċjalista.
Hemm bosta sinjali li juru li jista’ jkun hemm kanċer fil-musrana. Dawn jinkludu li ma tibqax regolari bħal qabel meta tmur it-tojlit, tkun konstipat jew ikollok id-dijarea. Sinjali oħra huma li meta tipporga tibqa’ tħoss li għad għandek xi ħaġa f’imsarnek u li l-ippurgar ikun jidher differenti minn dak ta’ qabel.
The post James Van Der Beek ta’ Dawson’s Creek imut fl-età ta’ 48 appeared first on Newsbook.
Read the full article at the original source
Visit Newsbook →