M’intomx piż, invisibbli jew minsija – L-Isqof b’messaġġ lill-morda
L-Isqof Awżiljarju Joseph Galea Curmi qal lill-morda li huma m’humiex piż, invisibbli jew minsija iżda f’għajnejn Alla huma denji ta’ ħarsa li tieqaf, ta’ qalb li tinfetaħ u ta’ mħabba…
L-Isqof Awżiljarju Joseph Galea Curmi qal lill-morda li huma m’humiex piż, invisibbli jew minsija iżda f’għajnejn Alla huma denji ta’ ħarsa li tieqaf, ta’ qalb li tinfetaħ u ta’ mħabba li tibqa’.
Fil-Jum Dinji tal-Morda fil-Bażilka ta’ Kristu Re f’Raħal Ġdid, l-Isqof Galea Curmi qal li llum il-Knisja tiddedika din il-ġurnata b’mod speċjali għal dawk li huma morda, dgħajfa, anzjani u mġarrba. “Mhux biex tħares lejhom mill-bogħod, imma biex tkun qrib, biex tisma’, biex tmiss it-tbatija tagħhom, u tkun magħhom. Dan hu l-ispirtu tal-Jum Dinji tal-Morda” kompla jgħid l-Isqof.
Irrifletta fuq il-messaġġ tal-Papa Ljun XIV għal Jum Dinji tal-Morda din is-sena, fejn jistieden nħarsu lejn il-figura dejjem attwali tas-Samaritan it-Tajjeb, fil-parabbola li jgħid Ġesù, fl-Evanġelju skont San Luqa: xbieha sempliċi, imma qawwija, li tiftaħ quddiemna t-triq vera tal-Evanġelju – it-triq tal-kompassjoni li ssir laqgħa, kura u relazzjoni.
Kompla jgħid li l-parabbola tgħid li s-Samaritan, meta ra lill-ferut fit-triq, imbiċċer bis-swat, li kien vittma tal-ħallelin li ħallewh hemmhekk nofsu mejjet, ma baqax sejjer.
L-Isqof qal li aħna ngħixu f’dinja mgħaġġla, mimlija storbju u pressjoni, dinja fejn nistgħu nittieħdu mill-kultura tal-iskart u tal-indifferenza. “Hu faċli li ngħaddu minn quddiem min ibati, kultant anke mingħajr ma nindunaw. Imma l-Evanġelju jitlob minna qalb li taf tieqaf” kompla jgħid.
Il-Papa jfakkarna li l-ħniena tikber meta ssir relazzjoni mal-morda, ma’ min jieħu ħsiebhom, u fl-aħħar mill-aħħar ma’ Alla stess. Saħaq li hekk tinbena Knisja li tfejjaq, soċjetà li ma tarmix lil min hu dgħajjef, imma tħarsu bħala ġid prezzjuż.
“F’kull kamra tal-isptar, f’kull dar tal-anzjani, f’kull post fejn hemm tbatija, għandna niftakru dejjem: meta membru wieħed ibati, ilkoll inbatu miegħu u magħha, u nkunu qrib. Hawn irridu ngħidu kelma ta’ ringrazzjament lill-familjari li b’fedeltà jkunu preżenti, lill-ħaddiema fil-qasam tas-saħħa u l-voluntiera li jaqdu bi mħabba, lil dawk li jaħdmu fil-ministeru pastorali mal-morda, u lill-persuni li jakkumpanjaw bis-skiet u t-talb. Grazzi tal-appoġġ u tal-għajnuna, grazzi ta’ dan is-servizz tagħkom. Intom wiċċ il-kompassjoni ta’ Alla” kompla jgħid l-Isqof.
#td_uid_1_698d65aeebd36 .td-doubleSlider-2 .td-item1 {
background: url(https://cdn.newsbook.com.mt/wp-content/uploads/2026/02/11204730/WhatsApp-Image-2026-02-11-at-18.49.59-1-80×60.jpeg) 0 0 no-repeat;
}
#td_uid_1_698d65aeebd36 .td-doubleSlider-2 .td-item2 {
background: url(https://cdn.newsbook.com.mt/wp-content/uploads/2026/02/11204742/WhatsApp-Image-2026-02-11-at-18.49.59-80×60.jpeg) 0 0 no-repeat;
}
#td_uid_1_698d65aeebd36 .td-doubleSlider-2 .td-item3 {
background: url(https://cdn.newsbook.com.mt/wp-content/uploads/2026/02/11204756/WhatsApp-Image-2026-02-11-at-18.49.58-1-80×60.jpeg) 0 0 no-repeat;
}
#td_uid_1_698d65aeebd36 .td-doubleSlider-2 .td-item4 {
background: url(https://cdn.newsbook.com.mt/wp-content/uploads/2026/02/11204807/WhatsApp-Image-2026-02-11-at-18.49.58-80×60.jpeg) 0 0 no-repeat;
}
#td_uid_1_698d65aeebd36 .td-doubleSlider-2 .td-item5 {
background: url(https://cdn.newsbook.com.mt/wp-content/uploads/2026/02/11204817/WhatsApp-Image-2026-02-11-at-18.49.57-80×60.jpeg) 0 0 no-repeat;
}
Dwar il-Jum Dinji tal-Morda, L-Isqof qal li dan isejaħ biex inkunu Samaritani ta’ kuljum: li nieqfu, li nkunu qrib, li nħobbu.
“Fuq kollox, jistedinna nagħrfu li fil-morda niltaqgħu ma’ Kristu nnifsu”
Fl-aħħar talab talba li kienet tingħad fil-familja għal dawk li kienu jgħixu fil-mard u fit-tbatija:
Omm Ħelwa, titbegħidx minni,
twarrabx ħarstek minn fuqi.
Ejja miegħi kullimkien
u tħallini qatt waħdi.
Int li dejjem tħarisni
bħala l-Omm vera tiegħi,
agħmel li jberikni l-Missier,
l-Iben u l-Ispirtu s-Santu.
The post M’intomx piż, invisibbli jew minsija – L-Isqof b’messaġġ lill-morda appeared first on Newsbook.
Read the full article at the original source
Visit Newsbook →


