Attenzjoni għall-perikli mill-maltemp
L-irwiefen li qed jaħkmu l-gżejjer Maltin f’dawn il-ġranet diġà kkawżaw xi ħsarat, li fortunatament ma wasslux biex weġġgħu xi nies. The post Attenzjoni għall-perikli mill-maltemp appeared first on Newsbook.
L-irwiefen li qed jaħkmu l-gżejjer Maltin f’dawn il-ġranet diġà kkawżaw xi ħsarat, li fortunatament ma wasslux biex weġġgħu xi nies.
Fi triq il-Kosta, iktar kmieni l-Ħamis filgħodu, tqaċċat arblu tal-pelican lights u ddendel quddiem vetturi li kienu għaddejjin minn hemm. Fir-Rabat, tqaċċtet fergħa ta’ siġra taż-żnuber għal fuq il-passaġġ.

Fil-Birgu tqaċċtet siġra u iktar tard mal-jum, it-traffic lights ta’ Ħ’Attard li jinsabu qrib l-isptar Monte Karmeli kienu bil-ħsara, b’waħda minnhom fid-direzzjoni lejn il-Belt maqlugħa minn postha u qed tixghel il-kuluri kollha. Il-lights fid-direzzjoni lejn ir-Rabat jidher li weħlu fuq l-oranġjo.

Tajjeb li dawk li qed isuqu jew jaqsmu fl-akwati, joqogħdu iktar attenti.
The post Attenzjoni għall-perikli mill-maltemp appeared first on Newsbook.
Read the full article at the original source
Visit Newsbook →