Etnaland jingħalaq mill-awtoritajiet, snin ta’ skart maħruq u midfun
Il-park ta’ Etnaland f’Katanja fi Sqallija ingħalaq mill-awtoritajiet wara li nstab li għal snin twal, l-iskart u l-apparat li nbidel fil-park, kien inħaraq u indifen fl-għelieqi ta’ madwar il-park. The…
Il-park ta’ Etnaland f’Katanja fi Sqallija ingħalaq mill-awtoritajiet wara li nstab li għal snin twal, l-iskart u l-apparat li nbidel fil-park, kien inħaraq u indifen fl-għelieqi ta’ madwar il-park.
Skont rapporti fil-midja Taljana, l-investigazzjoni mill-uffiċċju tal-prosekutur ta’ Katanja sab li l-iskart li jii ġġenerat mill-park ta’ Etnaland f’Belpasso, Katanja, wieħed mill-ikbar fi Sqallija u li jżuruh eluf ta’ persuni kull sena, kien qed jinħaraq illegalment fuq art ma’ ġenb il-park.
L-investigazzjoni bdiet fl-2022, u wara li saret it-talba mill-prosekuturi, il-maġistrat aċċetta li l-park jingħalaq. Fil-fatt fuq is-sit tal-park, wieħed ma jistax jibbukja biex jidħol fih għax kull ġurnata hi mmarkata li l-park jinsab magħluq.
L-akkużi kontra dawk responsabbli mill-park jinkludu l-immaniġjar mhux awtorizzat tal-iskart, il-ħruq illegali tal-iskart, l-ittraffikar organizzat tal-iskart, u t-tniġġiż tal-ambjent.
L-art fejn tqabbad l-iskart suppost li tintuża għal skopijiet agrikoli, u s-sit ma kienx attrezzat b’faċilitajiet adegwati għat-trattament tal-iskart.
Jidher li l-ewwel indikazzjonijiet tal-abbuż ġew innutati mill-pulizija tal-ħarsien tal-kosta li ittajru fuq iż-żona permezz tal-helicopters.
The post Etnaland jingħalaq mill-awtoritajiet, snin ta’ skart maħruq u midfun appeared first on Newsbook.
Read the full article at the original source
Visit Newsbook →