Partita tal-futbol tal-U17s titwaqqaf wara ġlieda fil-grawnd
Sports 🇲🇹 Malti 📰 Newsbook 🕒 March 15, 2026 3:52 pm

Partita tal-futbol tal-U17s titwaqqaf wara ġlieda fil-grawnd

Il-Malta Football association ikkundannat inċident li fih plejer tal-futbol ġie aggredit waqt logħba futbol tal-Under 17s. The post Partita tal-futbol tal-U17s titwaqqaf wara ġlieda fil-grawnd appeared first on Newsbook.

Il-Malta Football association ikkundannat inċident li fih plejer tal-futbol ġie aggredit waqt logħba futbol tal-Under 17s.

Il-partita kienet bejn Naxxar Lions u Żabbar St Patrick.

Jidher li waqt argument, plejer ta’ Żabbar attakka lil wieħed mill-pjejers ta’ Naxxar tant li dan tal-aħħar kellu jittieħed l-isptar għall-kura. Kawża tal-ġlieda l-logħba, li kienet qed tintlagħab f’Ħad-Dingli, ġiet imwaqqfa.

Fi stqarrija l-Malta FA ikkundannat kull forma ta’ vjolenza u qalet li din tmur kontra l-valuri tal-isport, inkluż ir-rispett, id-dixxiplina u l-fair play.

L-MFA qalet li l-inċident qed jiġi nvestigat mill-pulizija u se jiġi nvestigat anke mill-ispettur tad-dixxiplina tagħha.

Wara li jitlesta dan il-proċess il-Malta FA se tieħu kwalunkwe passi dixxiplinarju jkun hemm bżonn.

The post Partita tal-futbol tal-U17s titwaqqaf wara ġlieda fil-grawnd appeared first on Newsbook.

Read the full article at the original source

Visit Newsbook →