Films għall-Ġimgħa l-Kbira fuq it-TV Taljan
Fil-film jieħdu sehem ukoll Danny Quinn, Massimo Ghini u Giuliana De Sio. The post Films għall-Ġimgħa l-Kbira fuq it-TV Taljan appeared first on Newsbook.
Rete 4 llum se jkun qed jippreżenta żewġ films għall-Ġimgħa l-Kbira.
Il-film Maria Maddalena mis-serje ta’ films Amici di Gesù b’Maria Grazia Cuccinotta fil-parti ewlenija ta’ Marija Maddalena se jkun qed jixxandar illum il-Ġimgħa 7 ta’ April fl-4.45pm fuq Rete 4.
Fil-film jieħdu sehem ukoll Danny Quinn, Massimo Ghini u Giuliana De Sio.
Marija Maddalena, tfajla fuq tagħha, taħrab miż-żwieġ li l-familja kienu ffissaw għaliha. Il-mara ssib kenn u sens għal ħajjitha f’moviment ġdid immexxi minn wieħed li jkollu kariżma kbira biex jiġbed lejh lil kull min jisimgħu jitkellem u jgħallem. Dan ikun Ġesù li madwaru jkollu bosta dixxipli rġiel li jmorru miegħu kull fejn imur.
Marija Maddalena tkun l-unika mara u ssir parti minnhom. Imma dawk iż-żminijiet ma kienx aċċettat li mara tagħmel hekk għax kien hemm bosta preġudizzji kontriha. Madankollu l-mara tippersisti u fl-aħħar nett tkun xhud tal-aktar mument storiku fid-dinja. Seta’ jingħad li 12-il raġel sema’ l-messaġġ ta’ Ġesù. Imma mara waħda biss fehmitu.
Fl-00.50am Rete 4 se jxandar Jesus Christ Superstar.
Verżjoni ċinematografika tal-musical popolari b’Ted Neeley fil-parti ta’ Kristu. Ix-xena tal-aħħar fejn jidher ir-ragħaj ma kinitx ippjanata u ġiet b’kumbinazzjoni meta kien hemm ragħaj għaddej waqt li kien hemm il-filming għaddej. Dan id-dettall ma dejjaq xejn lid-direttur Norman Jewison minħabba fis-sinjifikat li r-ragħaj għandu fil-Bibbja. Neelay ltaqa’ martu Leeyan Granger fuq is-sett ta’ dan il-film. Hi kienet ħadmet il-parti ta’ żeffiena. Waqt ix-xena fejn Kristu jissawwat bil-frosta, omm l-attur ħarġet il-barra għax ħasset li kienu tant realistiċi u anki minħabba l-fatt li hi qatt ma kienet refgħet idejha fuq binha.
Żball interessanti fil-film hu li meta jidher Kristu msallab, l-attur iċaqlaq idejh b’tali mod li juri li fuq il-pala ta’ jdejh kellu biss il-qiegħ tal-musmar. Iżda għal naqra ma kienx se jkollu msiemer vera f’idejh. Dan għaliex l-attur Iżraeljan ma kienx jifhem sew l-Ingliż u ħaseb li kellu jsammar il-musmar dritt f’idejn l-attur. Jewison intebaħ mill-ewwel x’kien se jagħmel u waqqfu bl-ezatt. Minn mindu ħadem f’dan il-film, Neeley baqa’ sal-lum il-ġurnata jiġi avviċinat sena wara l-oħra biex jinterpreta lil Kristu f’diversi produzzjonijiet fi żmien il-Passjoni.
Intant, fuq Rai Uno, fis-9pm Papa Ljun XVI se jkun qed imexxi l-Via Crucis.
The post Films għall-Ġimgħa l-Kbira fuq it-TV Taljan appeared first on Newsbook.
Read the full article at the original source
Visit Newsbook →