Tal-inqas 6 mejta fi sparatura fil-kapitali Ukrena  
Business 🇲🇹 Malti 📰 Newsbook 🕒 April 18, 2026 3:55 pm

Tal-inqas 6 mejta fi sparatura fil-kapitali Ukrena  

Tal-inqas ħames persuni nqatlu fil-kapitali Ukrena Kyiv hekk kif raġel fetaħ in-nar ġewwa supermarket. The post Tal-inqas 6 mejta fi sparatura fil-kapitali Ukrena   appeared first on Newsbook.

Tal-inqas sitt persuni nqatlu fil-kapitali Ukrena Kyiv hekk kif raġel fetaħ in-nar fit-triq u ġewwa supermarket.

Il-ministru tal-intern Ihor Klymenko qal li l-aggressur inqatel mill-pulizija fi sparatura.

Il-president Ukren Volodymyr Zelensky qal li bħalissa għaddejja investigazzjoni u li tal-inqas ħmistax il-persuni ntlaqtu minn tiri ta’ arma tan-nar. Qal ukoll li kienu ġew salvati erba’ ostaġġi.

Filmati wrew kif l-aggressur beda jispara fuq in-nies fit-triq qabel ma daħal ġo supermarket u żamm numru ta’ ostaġġi. Hu mifhum li tal-inqas erba’ persuni nqatlu fit-triq u persuna oħra nqatlet fil-ħanut. Persuna oħra – mara ta’ 30 sena – mietet fl-isptar.

L-attakk seħħ fid-distrett ta’ Holosiivskyi.

L-aggressur ġie identifikat bħala raġel ta’ 58 sena li oriġinarjament huwa minn Moska fir-Russja.

Fl-istess ħin li beda l-attakk, qabdu nirien fl-appartament fejn kien jgħix ir-raġel.

Hu ġie maqtul fis-supermarket minn forzi speċjali tal-pulizija.

The post Tal-inqas 6 mejta fi sparatura fil-kapitali Ukrena   appeared first on Newsbook.

Read the full article at the original source

Visit Newsbook →