Forti Chambray: eżempju wieħed biss tas-saltna tar-regħba f’pajjiżna – L-ADPD
Politics 🇲🇹 Malti 📰 Newsbook 🕒 May 2, 2026 4:03 pm

Forti Chambray: eżempju wieħed biss tas-saltna tar-regħba f’pajjiżna – L-ADPD

Iċ-Chairperson ta’ ADPD-The Green Party Sandra Gauci u l-kelliem u kandidat fuq it-13-il distrett elettorali Luke Caruana qalu li l-każ ta’ Chambray huwa eżempju wieħed biss tas-saltna tar-regħba f’pajjiżna.  The post…

Iċ-Chairperson ta’ ADPD-The Green Party Sandra Gauci u l-kelliem u kandidat fuq it-13-il distrett elettorali Luke Caruana qalu li l-każ ta’ Chambray huwa eżempju wieħed biss tas-saltna tar-regħba f’pajjiżna. 

Spjegaw li “Trid tara biex temmen kif ilbieraħ l-Awtorità tal-Ippjanar tat il-barka lil żewġ sagrileġġi kontra l-wirt tagħna lkoll. Ma kienx biżżejjed tapprova l-kostruzzjoni ta’ appartamenti u garaxxijiet fil-buffer zone ta’ madwar il-Ġgantija – sit uniku u meqjus bħala wirt kulturali dinji mill-UNESCO. Ma weriet ebda sogħba, għaliex ftit wara, u b’mod kważi unanimu, approvat assalt ieħor faħxi fuq il-Forti Chambray.”

“Proġett tal-waħx li se jħott parti sostanzjali mill-forti sabiex jagħmel il-wisgħa għal lukanda u kumpless kummerċjali. Ironika u fl-istess ħin tal-biki kif nibnu l-lukandi sabiex nakkomodaw it-turisti, imma biex nagħmlu dan, inżarmaw dak li jiġbed it-turisti lejn pajjiżna. Lukandi għandna aktar minn biżżejjed u m’għandniex bżonn aktar,” komplew il-kelliema tal-ADPD filwaqt li insistew, “Għaliex x’jiswew l-kultura u l-wirt tagħna lkoll fejn il-profitti għall-ftit? Milli jidher, xejn.” 

Appellaw dwar “il-bżonn li ngħożżu dak li jagħmilna Maltin u nuru rispett akbar lejn l-identità kulturali tagħna. Dak li sawwarna u għaġinna jistħoqqlu li jkun protett: l-istorja ta’ pajjiżna hi l-istorja tagħna lkoll u l-memorji tal-imgħoddi m’għandhomx jingħataw għal skopijiet ta’ spekulazzjoni għat-tgawdija tal-ftit filwaqt li aħna u ġenerazzjonijiet futuri noħorġu telliefa bil-kbir, imċaħħdin minn dak li jfakkarna min aħna u minn fejn ġejjin.” 

The post Forti Chambray: eżempju wieħed biss tas-saltna tar-regħba f’pajjiżna – L-ADPD appeared first on Newsbook.

Read the full article at the original source

Visit Newsbook →