“F’dan l-aħħar xahar biss, stejjer ta’ ħtif ta’ art miftuħa biex igawdu minnha l-ftit, huma bil-bosta” – ADPD
F’konferenza stampa fi Ġnien John Borg f’Birkirkara, id-Deputat Segretarju Ġenerali ta’ ADPD-The Green Party Mario Mallia qal li l-post magħżul għall-konferenza stampa fil-komunità fi spazju miftuħ itenni l-messaġġ ċentrali ta’…
F’konferenza stampa fi Ġnien John Borg f’Birkirkara, id-Deputat Segretarju Ġenerali ta’ ADPD-The Green Party Mario Mallia qal li l-post magħżul għall-konferenza stampa fil-komunità fi spazju miftuħ itenni l-messaġġ ċentrali ta’ ADPD f’din il-kampanja elettorali: “Il-ġid komuni”.
Għaldaqstant Mallia qal li għalhekk ‘Ilkoll’ u li dan il-post huwa simbolu ta’ dan – “Fl-imgħoddi, bħala kunsillier f’isem Alternattiva Demokratika, konna ħdimna flimkien mar-residenti u ma’ kunsilliera oħra, biex dan il-pulmun ma jaqax vittma ta’ żvilupp, mhux għal darba imma għal darbtejn. Pulmun prattikament uniku f’lokalità mimlija bini llum għadu jitgawda mill-komunità frott il-ħidma tagħna. Biex dan l-ispazju baqa’ aċċessibbli, ħdimna ma’ nies oħra. Din hija l-vokazzjoni tagħna fil-politika Maltija; li nservu ta’ pont ma’ persuni ta’ rieda tajba li jixtiequ l-ġid tal-komunità”.
Mallia kompla jgħid li “f’dan l-aħħar xahar biss, l-istejjer ta’ ħtif ta’ art miftuħa biex igawdu minnha l-ftit, huwa bil-bosta” – “ADPD jibqa’ t-tarka tar-residenti kontra spekulazzjoni bla rażan li qed tidfen komunitajiet sħaħ, teqred dak li jagħmilna uniċi, b’konsegwenzi fuq il-benesseri u s-sostenibbiltà, kemm soċjali u kemm ekonomika”.
Fi stqarrija ADPD qal li dan il-post huwa wkoll playing field għat-tfal – “Dan ifakkarna fl-obbligu li għandna fil-politika li ma nħarsux biss sal-interessi dojoq u immedjati, imma nżommu f’moħħna d-dritt tat-tfal u generazzjonijiet futuri li jgawdu lil Malta. Malta hija biss mislufa lilna”.
ADPD kompla jgħid li numru mdaqqas ta’ votanti għadhom qed jaħsbuha jivvutawx għax “xebgħu mill-politika ta’ wegħdiet u rigali; mill-partiti tradizzjonali li jiddaħħlu fil-but ta’ min jiffinanzjahom” – Jixtiequ jaraw politika differenti”.
ADPD qal li l-messaġġ tiegħu huwa ċar: “Jekk tixtieq politika differenti hemm bżonn tivvota għaliha. Iżżommx lura. X’tirbaħ biss għandek”.
ADPD temm jgħid: “ADPD jibqa’ taħdem għal politika ta’ ndafa, politika inklussiva, sostenibbli u ġusta”.
Il-kandidati li ADPD qed jippreżenta f’din l-elezzjoni huma:
- Distretti 1 u 9: Mark Zerafa minn Birkirkara, Senior Laboratory Officer
- Distretti 2 u 8: Mario Mallia minn Birkirkara, Senior Lecturer
- Distretti 3 u 4: Brian Decelis minn Marsaskala, Operations Manager
- Distrett 5: Dr Melissa Bagley minn Birżebbuġa, Senior Lecturer
- Distretti 6 u 12: Gauci Sandra minn San Pawl il-Baħar, Għalliema
- Distretti 7 u 11: Carmel Cacopardo mill-Kalkara, Perit
- Distrett 10: Marcus Lauri minn Tas-Sliema, Direttur ta’ Kumpanija
- Distretti 12 u 13: Luke Caruana mill-Mellieħa, Graphic Designer
The post “F’dan l-aħħar xahar biss, stejjer ta’ ħtif ta’ art miftuħa biex igawdu minnha l-ftit, huma bil-bosta” – ADPD appeared first on Newsbook.
Read the full article at the original source
Visit Newsbook →