Investigazzjoni wara li Tal-Maksar jinstab b’laptop b’siġill tas-sigurtà nieqes
L-awtoritajiet tal-ħabs nidew investigazzjoni interna wara li ħabsi nstab li kellu laptop b’konnessjoni tal-internet fiċ-ċella tiegħu. The post Investigazzjoni wara li Tal-Maksar jinstab b’laptop b’siġill tas-sigurtà nieqes appeared first on…
L-awtoritajiet tal-ħabs nidew investigazzjoni interna wara li ħabsi nstab li kellu laptop b’konnessjoni tal-internet fiċ-ċella tiegħu.
Il-ħabsi huwa Adrian Agius ‘Tal-Maksar’, li qed jiskonta sentenza ta’ għomor il-ħabs b’rabta mal-qtil tal-avukat Carmel Chircop. Ħuh u raġel ieħor ukoll jinsabu l-ħabs wara li nstabu ħatja ta’ kompliċità fil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia.
Ħabsin li jkunu qed jagħmlu korsijiet edukattivi għandhom permess li jużaw laptops iżda dawn iridu jkunu ssiġillati b’tali mod li ma tkunx tista’ tiġi trasferita data u ma jkunx hemm aċċess għall-internet. F’dan il-każ, tal-inqas wieħed mis-siġilli kien tneħħa u hemm suspetti li Agius kien qed jaqbad mal-internet.
L-awtoritajiet indunaw waqt tfittxija għall-għarrieda li saret il-ġimgħa li għaddiet.
L-investigazzjoni qed issir biex tiddetermina jekk is-siġill tneħħiex apposta jew inkella b’riżultat ta’ użu kontinwu tal-laptop.
Skont rapporti mhux verifikati, Agius kien qed jaqbad mal-WI-Fi tal-amministrazzjoni tal-ħabs.
Il-każ ġie żvelat mill-avukat Jason Azzopardi.
Agius issa tmexxa lejn diviżjoni 6, li hija diviżjoni ta’ sigurtà massima, u dan bħala prekawzjoni sakemm jiġi eżaminat il-laptop u jsiru tfitxijiet fiċ-ċella tiegħu.
The post Investigazzjoni wara li Tal-Maksar jinstab b’laptop b’siġill tas-sigurtà nieqes appeared first on Newsbook.
Read the full article at the original source
Visit Newsbook →