Imħabba, nisa u realtajiet soċjali f’L-Għanja tal-Poplu
Matul is-snin il-festival L-Għanja tal-Poplu wassal kanzunetti b’temi soċjali b’saħħithom u din is-sena, għall-50 edizzjoni li se ssir fl-1 ta’ Awwissu fi Pjaza Teatru Rjal, mhux se tkun eċċezzjoni. The…
Matul is-snin, il-festival L-Għanja tal-Poplu wassal kanzunetti b’temi soċjali b’saħħithom u din is-sena, fil-50 edizzjoni tiegħu li se ssir fl-1 ta’ Awwissu fi Pjazza Teatru Rjal, mhux se tkun eċċezzjoni.
B’rabta ma’ dan l-avveniment, l-istazzjon RTK103 qed iwassal sensiela ta’ programmi u proprju llejla fit-8pm se tixxandar ir-repetizzjoni tar-raba’ programm. Fih se jixxandru intervisti ma’ Mark Tonna u Leontine, li ilhom jafu lil xulxin għal aktar minn tletin sena, kantaw bosta dwetti flimkien u ħadu sehem f’diversi musicals. Huma se jittrattaw it-tema tar-relazzjonijiet bejn il-koppji fil-kanzunetta Ħallejna.
Cherylis Camilleri titkellem dwar ommha, mara li tispiraha fil-ħajja ta’ kuljum. Il-kantanta temozzjona ruħha waqt li tispjega kif twieldet il-kanzunetta Mara wara diskussjoni mal-kantawtriċi Corazon Mizzi.
Nicole Hammett, li qiegħda fil-finali bil-kanzunetta Mazza, titkellem kontra l-oġġettifikazzjoni tan-nisa u l-messaġġ qawwi li twassal il-kanzunetta tagħha.
Matul l-istess programm se jinstemgħu wkoll siltiet mill-kanzunetti ta’ din l-edizzjoni tal-festival L-Għanja tal-Poplu, kif ukoll kanzunetti mis-snin imgħoddija li ċertament se jqanqlu bosta memorji.
Il-ħames programm minn din is-sensiela jixxandar is-Sibt fit-12.30pm u jerġa’ jixxandar il-Ġimgħa ta’ wara fit-8pm.
The post Imħabba, nisa u realtajiet soċjali f’L-Għanja tal-Poplu appeared first on Newsbook.
Read the full article at the original source
Visit Newsbook →