Ara: Ħajjarni ħabib u spiċċajt għamilt unur lil Malta fil-Para Darts
Il-kollezzjoni tinkludi ċintorini tal-kampjonati, action figures, oġġetti ffirmati u memorabilia oħra relatata mal-WWE u tkellem dwar kif jirnexxielu jakkwistahom fosthom b’irkantijiet. The post Ara: Ħajjarni ħabib u spiċċajt għamilt unur…
Filmati: Miguela Xuereb
Żagħżugħ b’talenti differenti, b’imħabba għall-numru ta’ sport: Bradley Zerafa. Bull’s eye.
Bradley Zerafa huwa atleta Malti tal-Para Darts li rrappreżenta lil Malta f’diversi kompetizzjonijiet internazzjonali tad-darts imma wkoll kollezzjonist kbir tal-memorabilia tar-wrestling. Ma’ Newsbook Malta qasam l-imħabba kbira li għandu għall-isports u kif is-siġġu tar-roti ma rahx bħala xkiel imma bħala opportunità li jipprova affarijiet ġodda, u jarah bħala mezz t’integrazzjoni.
Kien ħabib tiegħu, kollega, li ntroduċih għall-isport tad-darts u spiċċa għamel unur lil Malta. Huwa jikkompeti fil-kategorija tal-wheelchair darts u kiseb riżultati tajbin fuq livell Ewropew u dinji. Fl-2023 rebaħ il-Budapest ParaDarts Open Championship fl-ewwel esperjenza internazzjonali tiegħu barra minn Malta, filwaqt li aktar tard kompla jtejjeb ir-riżultati tiegħu f’tournaments organizzati minn World Para Darts. “Kburi li fl-2025 tlajt sal-ħames post fil-klassifika dinjija tal-Para Darts fil-kategorija tiegħi” kompla jgħid Bradley filwaqt li semma wkoll li grazzi għall-isport sab it-tieni familja tiegħu.
Dan l-isport jgħinu wkoll mentalment għax jitlob livell ta’ konċentrazzjoni. Zerafa huwa xempju tad-dedikazzjoni u perseveranza u dawn jidħlu wkoll meta jkun jixtieq xi ċintorin ta’ xi wrestler! Skoprejna wkoll kif bdiet din il-passjoni madwar erba’ snin ilu.
“Għandi aktar minn 100 firma ta’ diversi wrestlers famużi”
Il-kollezzjoni tinkludi ċintorini tal-kampjonati,Funko Pops, oġġetti ffirmati u memorabilia oħra relatata mal-WWE u tkellem dwar kif jirnexxielu jakkwistahom fosthom b’irkantijiet.
Hu għandu aktar minn 100 oġġett tal-WWE memorabilia fil-kollezzjoni tiegħu, flimkien ma’ 70 oġġett iffirmat u aktar minn 100 firma oriġinali ta’ wrestlers magħrufin. Aktar kmieni din is-sena l-kollezzjoni tiegħu ġiet rikonoxxuta minn Malta Records bħala l-akbar kollezzjoni ta’ WWE memorabilia f’Malta u x-xewqa tiegħu hi din il-kollezzjoni tkompli tikber anke jekk m’għandux spazju!
#td_uid_1_6a3a1fc839593 .td-doubleSlider-2 .td-item1 {
background: url(https://cdn.newsbook.com.mt/wp-content/uploads/2026/06/19110727/bradley-zerafa-wrestling_3-80×60.jpg) 0 0 no-repeat;
}
#td_uid_1_6a3a1fc839593 .td-doubleSlider-2 .td-item2 {
background: url(https://cdn.newsbook.com.mt/wp-content/uploads/2026/06/19110710/bradley-zerafa-wrestling_2-80×60.jpg) 0 0 no-repeat;
}
#td_uid_1_6a3a1fc839593 .td-doubleSlider-2 .td-item3 {
background: url(https://cdn.newsbook.com.mt/wp-content/uploads/2026/06/19110654/bradley-zerafa-wrestling_4-80×60.jpg) 0 0 no-repeat;
}
#td_uid_1_6a3a1fc839593 .td-doubleSlider-2 .td-item4 {
background: url(https://cdn.newsbook.com.mt/wp-content/uploads/2026/06/19110637/bradley-zerafa-wrestling_1-80×60.jpg) 0 0 no-repeat;
}
#td_uid_1_6a3a1fc839593 .td-doubleSlider-2 .td-item5 {
background: url(https://cdn.newsbook.com.mt/wp-content/uploads/2026/06/19110620/bradley-zerafa-wrestling-80×60.jpg) 0 0 no-repeat;
}
Huwa għamel ukoll 10 snin jilgħab il-wheelchair basketball.
Bradley tkellem ukoll dwar l-isfidi t’aċċessibiltà li għadu jħabbat wiċċu magħhom fit-toroq Maltin fosthom kif ikunu l-bankini, realtajiet li jgħaddu minnhom ukoll ġenituri li jkunu bil-pram.
Għalaq b’messaġġ sabiħ ta’ kuraġġ għal kull min għandu xi għan f’moħħu, “ma tridx taqta’ qalbek, ostakli se ssib, stinka u jirnexxielek, il-ħajja hi diffiċli skont kemm tagħmilha diffiċli inti”.
Ara l-intervista sħiħa:
The post Ara: Ħajjarni ħabib u spiċċajt għamilt unur lil Malta fil-Para Darts appeared first on Newsbook.
Read the full article at the original source
Visit Newsbook →


