Titħabbar sejħa għal żewġ imħallfin
Politics 🇲🇹 Malti 📰 Newsbook 🕒 July 17, 2026 4:05 pm

Titħabbar sejħa għal żewġ imħallfin

Il-Ministeru għall-Ġustizzja, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni ħareġ sejħa għall-ħatra ta’ żewġ imħallfin.​ The post Titħabbar sejħa għal żewġ imħallfin appeared first on Newsbook.

Il-Ministeru għall-Ġustizzja, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni ħareġ sejħa għall-ħatra ta’ żewġ imħallfin.​

L-applikanti li jissodisfaw il-kriterji stabbiliti fil-Kostituzzjoni ta’ Malta u li jesprimu l-interess tagħhom jiġu evalwati mill-Kumitat dwar il-Ħatriet tal-Ġudikatura, stabbilit skont l-Artikolu 96A tal-Kostituzzjoni.

Wara dan il-proċess ta’ evalwazzjoni, jitressqu l-ismijiet ta’ tliet kandidati għal kull kariga, għall-konsiderazzjoni u l-għażla tal-President.

Il-Ministeru qal li din is-sejħa tkompli tikkonferma l-impenn tiegħu li jkompli jsaħħaħ dak li huwa l-akbar korp tal-ġudikatura fl-istorja ta’ pajjiżna.

Il-Ministru għall-Ġustizzja, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni Clifton Grima saħaq dwar l-impenn fit-tisħiħ tal-ġudikatura li qiegħed jikkumplimenta r-riformi li għaddej minnhom is-settur tal-ġustizzja. “Dan it-tisħiħ fir-riżorsa umana u l-ispeċjalizzazzjoni huma l-mod ta’ kif qegħdin inkomplu ngħollu l-istandards bil-għan li nżidu l-effiċjenza f’dan il-qasam,” qal il-ministru. 

Dawk interessati għandhom jibagħtu l-applikazzjoni tagħhom bid-dokumenti kollha sa mhux aktar tard mill-Ġimgħa 7 t’Awwissu 2026 sa 12:00pm, lis-Segretarju tal-Kumitat dwar il-Ħatriet tal-Ġudikatura.

The post Titħabbar sejħa għal żewġ imħallfin appeared first on Newsbook.

Read the full article at the original source

Visit Newsbook →