Ara: “Erfa’ għax ħa jaħraqna” – il-mument li tqabbad in-nar taħt il-ħaddiema
Entertainment 🇲🇹 Malti 📰 Newsbook 🕒 July 24, 2026 2:23 pm

Ara: “Erfa’ għax ħa jaħraqna” – il-mument li tqabbad in-nar taħt il-ħaddiema

Filmat juri l-mument meta raġel anzjan qabbad nar taħt il-ħaddiema f’Ta’ Giorni, ftit mumenti qabel li l-istess raġel spara u weġġa’ żewġ uffiċjali tal-pulizija. Wieħed mill-ħaddiem jinstema’ jgħid “Erfa’, Erfa’…

Filmat juri l-mument meta raġel anzjan qabbad nar taħt il-ħaddiema f’Ta’ Giorni, ftit mumenti qabel li l-istess raġel spara u weġġa’ żewġ uffiċjali tal-pulizija. Wieħed mill-ħaddiem jinstema’ jgħid “Erfa’, Erfa’ sieħbi għax dan ħa jaħraqna”. Hu kien qed jgħid lil tal-krejn biex itella’ l-krejn il-fuq għax ir-raġel kien se jqabbad in-nar.

Fil-filmat miġbud minn wieħed mill-ħaddiema tal-kostruzzjoni mill-krejn, ir-raġel jidher jitfa’ xi fjuwil taħt il-kejn u jqabbad in-nar.

Ritratt mill-filmat

Fil-mument li r-raġel qabbad in-nar, il-ħaddiema jinstemgħu jgħidu kliem baxx lir-raġel, filwaqt li tela’ l-krejn.

L-ewwel rapporti jindikaw li żewġ irġiel Maltin marru fis-sit tal-kostruzzjoni u wieħed minnhom qabbad in-nar taħt il-ħaddiema, allegatament minħabba rabja dwar ix-xogħlijiet li kienu għaddejjin.

Raġel minnhom ħarab minn fuq il-post fuq mutur iżda aktar tard ġie arrestat. L-ieħor baqa’ fuq is-sit u spara u weġġa’ żewġ uffiċjali.

The post Ara: “Erfa’ għax ħa jaħraqna” – il-mument li tqabbad in-nar taħt il-ħaddiema appeared first on Newsbook.

Read the full article at the original source

Visit Newsbook →