Magħrufa s-16-il pajjiż li se jikkompetu fil-Junior Eurovision 2026 f’Malta
Il-Public Broadcasting Services (PBS), ix-xandar Malti li se jorganizza l-24 edizzjoni tal-Junior Eurovision Song Contest, fil-jiem li għaddew ħabbar is-16-il pajjiż li se jieħdu sehem fil-festival, li se jsir is-Sibt…
Il-Public Broadcasting Services (PBS), ix-xandar Malti li se jorganizza l-24 edizzjoni tal-Junior Eurovision Song Contest, fil-jiem li għaddew ħabbar is-16-il pajjiż li se jieħdu sehem fil-festival, li se jsir is-Sibt 24 ta’ Ottubru fil-Malta Fairs & Conventions Centre (MFCC) f’Ta’ Qali.
Il-pajjiżi parteċipanti huma:
- l-Albanija
- l-Armenja
- Ċipru
- Franza
- il-Ġeorġja
- l-Irlanda
- l-Italja
- Malta
- il-Montenegro
- in-Netherlands
- il-Maċedonja ta’ Fuq
- il-Polonja
- il-Portugall
- San Marino
- Spanja
- l-Ukrajna
Il-kantanti, li se jkollhom bejn 9 u 14-il sena, se jirrappreżentaw lil pajjiżhom b’kanzunetti oriġinali quddiem udjenza internazzjonali ta’ miljuni ta’ telespettaturi.
S’issa diġà tħabbru sitt artisti li se jieħdu sehem fil-festival. Dawn huma r-rappreżentanti tal-Albanija, Ċipru, Franza, il-Ġeorġja, il-Maċedonja ta’ Fuq u l-Portugall, filwaqt li l-bqija tal-parteċipanti mistennija jitħabbru fil-ġimgħat li ġejjin.
Il-finali se tibda fid-9pm (CEST) u se tixxandar dirett fuq l-istazzjonijiet tax-xandir tal-pajjiżi parteċipanti kif ukoll fuq il-kanal uffiċjali tal-Junior Eurovision fuq YouTube.
Għall-okkażjoni, il-MFCC se jinbidel f’“Eurovision Festa Village”, b’tema li tgħaqqad it-tradizzjoni Mediterranja mal-futur tal-mużika.
Fi stqarrija, il-PBS stieden lis-segwaċi talJunior Eurovision biex jingħaqdu ma’ din iċ-ċelebrazzjoni internazzjonali, u qal: “Ingħaqdu magħna għal ċelebrazzjoni unika fejn it-tradizzjoni Mediterranja u l-futur tal-mużika jingħaqdu taħt sema wieħed. Hija mużika, hija ferħ, hija festa… huwa l-Junior Eurovision Song Contest.”
The post Magħrufa s-16-il pajjiż li se jikkompetu fil-Junior Eurovision 2026 f’Malta appeared first on Newsbook.
Read the full article at the original source
Visit Newsbook →