Is-sħana tas-sajf tnaqqas il-produzzjoni tal-ħalib frisk f’Malta
Malta Dairy Products Ltd qalet li qed taħdem mill-qrib mal-bdiewa lokali u mat-timijiet tal-produzzjoni tagħha biex tiġi żgurata l-aħjar provvista possibbli tal-prodotti fis-suq The post Is-sħana tas-sajf tnaqqas il-produzzjoni tal-ħalib…
Il-produzzjoni tal-ħalib frisk f’Malta naqset temporanjament minħabba t-temperaturi eċċezzjonalment għoljin li esperjenzajna matul dan is-sajf.
Fi stqarrija, Malta Dairy Products Ltd qalet li s-sħana qawwija kkawżat stress fuq il-baqar tal-ħalib lokali, u dan wassal għal tnaqqis fil-kwantità ta’ ħalib prodott.
Il-kumpanija spjegat li tnaqqis fil-produzzjoni tal-ħalib huwa normali fix-xhur tas-sajf, iżda din is-sena l-impatt kien aktar qawwi mis-soltu. B’riżultat ta’ dan, id-disponibbiltà ta’ wħud mill-prodotti Benna tista’ tkun limitata minn żmien għal żmien.
Malta Dairy Products Ltd qalet li qed taħdem mill-qrib mal-bdiewa lokali u mat-timijiet tal-produzzjoni tagħha biex jiġi massimizzat il-ħalib disponibbli u tiġi żgurata l-aħjar provvista possibbli tal-prodotti fis-suq.
Il-kumpanija rringrazzjat lill-klijenti għall-paċenzja, il-fehim u l-appoġġ kontinwu tagħhom lejn Benna u s-settur lokali tal-ħalib.
The post Is-sħana tas-sajf tnaqqas il-produzzjoni tal-ħalib frisk f’Malta appeared first on Newsbook.
Read the full article at the original source
Visit Newsbook →