Il-Festi tal-Indipendenza jirritornaw fuq il-Fosos wara tmien snin
General 🇲🇹 Malti 📰 Newsbook 🕒 September 11, 2026 5:06 pm

Il-Festi tal-Indipendenza jirritornaw fuq il-Fosos wara tmien snin

Skont il-PN, it-tema magħżula għal din is-sena tgħaqqad it-tifkira tal-Indipendenza mal-ħtieġa li jibqgħu jitħarsu l-libertà, il-ġustizzja u l-indipendenza tal-istituzzjonijiet. The post Il-Festi tal-Indipendenza jirritornaw fuq il-Fosos wara tmien snin appeared…

Il-PN iħabbar tlett ijiem ta’ attivitajiet bejn it-18 u l-20 ta’ Settembru

Il-Partit Nazzjonalista ħabbar il-programm tal-Festi tal-Indipendenza 2026, li din is-sena se jirritornaw fuq il-Fosos tal-Furjana wara nuqqas ta’ tmien snin.

Iċ-ċelebrazzjonijiet, bit-tema “Pajjiż ħieles. Pajjiż li ma jibżax”, se jsiru bejn il-Ġimgħa 18 u l-Ħadd 20 ta’ Settembru, b’programm li se jinkludi diskussjonijiet politiċi, attivitajiet għall-familji u ż-żgħażagħ, sport, mużika u divertiment.

programm sħiħ tal-Festi tal-Indipendenza 2026

Il-qofol se jintlaħaq il-Ħadd filgħaxija b’Mass Meeting indirizzat mill-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista, Alex Borg. Aktar tard, mat-tokki ta’ nofsillejl, se ssir kommemorazzjoni awdjoviżiva u titella’ l-bandiera Maltija biex jitfakkar it-62 anniversarju mill-Indipendenza ta’ Malta.

Skont il-PN, it-tema magħżula għal din is-sena tgħaqqad it-tifkira tal-Indipendenza mal-ħtieġa li jibqgħu jitħarsu l-libertà, il-ġustizzja u l-indipendenza tal-istituzzjonijiet.

Matul it-tlett ijiem se jittellgħu ukoll diversi spettakli mużikali. Il-Ġimgħa se jkun hemm ABBAFever, filwaqt li s-Sibt jitla’ fuq il-palk QueenMania bl-inklużjoni ta’ Giacomo Voli. Il-Ħadd, wara l-Mass Meeting, se jkun imiss lil Pink’s One, tribut lil Pink Floyd.

programm sħiħ tal-Festi tal-Indipendenza 2026

Il-programm se jinkludi wkoll 5km Ġirja/Mixja għall-Indipendenza, attivitajiet għat-tfal u diversi sessjonijiet ta’ divertiment.

L-attivitajiet marbuta mal-Indipendenza se jkomplu t-Tnejn 21 ta’ Settembru, Jum l-Indipendenza, b’kompetizzjonijiet tal-isparar f’Ta’ Kandja u l-Bidnija.

Ara hawn; il-programm sħiħ tal-Festi tal-Indipendenza 2026.

Il-Ġimgħa 18 ta’ Settembru

  • 18:30 – Ftuħ tal-istall tal-ikel u x-xorb
  • 18:30 – 5km Ġirja/Mixja għall-Indipendenza, organizzata minn TimSport PN, mill-Fosos mad-dawra tal-Belt Valletta u lura
  • 19:00 – Żona għat-Tfal u Divertiment
  • 20:00 – Diskussjoni politika
  • 21:00 – ABBAFever, spettaklu tribut lil ABBA u sessjoni Akustika ma’ Karin Duff fiż-Żona Lounge

Is-Sibt 19 ta’ Settembru

  • 18:30 – Ftuħ tal-istall tal-ikel u x-xorb
  • 19:00 – Żona għat-Tfal u Divertiment
  • 20:00 – Diskussjoni politika
  • 21:00 – QueenMania ma’ Giacomo Voli u Krista Sujak b’sessjoni akustika fiż-Żona Lounge

Il-Ħadd 20 ta’ Settembru – il-qofol taċ-ċelebrazzjonijiet

  • 09:00 – Table Football fil-Każin La Valletta fil-Belt, organizzat mill-klabbs fi ħdan l-MTFSA
  • 18:30 – Ftuħ tal-istall tal-ikel u x-xorb
  • 18:30 – Żona għat-Tfal u Divertiment
  • 19:00 – Programm ta’ qabel il-Mass Meeting ma’ DJ Gabii u DJ Izak, flimkien ma’ Carl u Karla
  • 19:30 – Tqegħid ta’ kuruna mal-Monument tal-Indipendenza minn uffiċjali tal-Partit Nazzjonalista
  • 20:30 – Mass Meeting indirizzat minn Alex Borg, Kap tal-Oppożizzjoni u tal-PN
  • 21:30 – Post Meeting ma’ DJ Saydon
  • 22:00 – Pink’s One, grupp tribut lil Pink Floyd
  • Mat-tokki ta’ nofsillejl – Kommemorazzjoni awdjoviżiva tal-Indipendenza u t-tlugħ tal-bandiera Maltija biex jitfakkar it-62 anniversarju mill-Indipendenza

It-Tnejn 21 ta’ Settembru – Jum l-Indipendenza

  • 09:00 – Kompetizzjonijiet tal-isparar organizzati minn Tim Sport PN f’Ta’ Kandja u l-Bidnija, flimkien mal-Malta Shooting Federation.
programm sħiħ tal-Festi tal-Indipendenza 2026

The post Il-Festi tal-Indipendenza jirritornaw fuq il-Fosos wara tmien snin appeared first on Newsbook.

Read the full article at the original source

Visit Newsbook →