“Daphne m’għandhiex issir vittma għat-tieni darba” – il-Whip tal-Gvern
General 🇲🇹 Malti 📰 Newsbook 🕒 September 11, 2026 4:32 pm

“Daphne m’għandhiex issir vittma għat-tieni darba” – il-Whip tal-Gvern

Ġurnalista maqtula minħabba xogħolha ma tistax terġa’ ssir vittma għat-tieni darba minħabba l-kompjaċenza, ir-rassenjazzjoni jew in-nisi, il-Whip tal-Gvern Naomi Cachia qalet din il-ġimgħa. The post “Daphne m’għandhiex issir vittma għat-tieni…

Ġurnalista maqtula minħabba xogħolha ma tistax terġa’ ssir vittma għat-tieni darba minħabba l-kompjaċenza, ir-rassenjazzjoni jew in-nisi, il-Whip tal-Gvern Naomi Cachia qalet din il-ġimgħa.

Hija kienet qed tindirizza l-Kumitat għall-Affarijiet Legali tal-Kunsill tal-Ewropa f’Pariġi nhar l-Erbgħa.

Preżenti kien hemm membri tal-familja ta’ Daphne Caruana Galizia.

Cachia qalet li t-tfittxija għall-verità u l-kontabbiltà ma jistgħux jieqfu mal-verdett. Qalet li l-qtil ta’ Daphne kellu impatt kbir fuq Malta imma kkawża wkoll sofferenza kbira għall-familja tagħha.

Hi kompliet li l-inkjesta pubblika li saret wara l-qtil sabet nuqqasijiet istituzzjonali u għamlet numru ta’ rakkomandazzjonijiet. Waqt li l-Gvern imbarka fuq numru ta’ riformi, wieħed bl-ebda mod ma jista’ jgħid li x-xogħol tlesta, qalet Cachia. Qalet li fadal ħafna x’isir, partikolarment b’rabta mal-libertà tal-istampa.

Hija qalet li l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet tmur lil hinn minn eżerċizzju leġislattiv. Hija wkoll dwar li niżguraw li l-istrutturi demokratiċi jservu lill-pubbliku b’mod effettiv, li jissaħħu s-salvagwardji li jipproteġu lill-ġurnalisti u l-kontabbiltà demokratika, u li tissaħħah mill-ġdid il-fiduċja tan-nies fl-entitajiet.

Il-kummenti ta’ Cachia jikkuntrastaw ma’ dawk tal-ministru tal-kultura Malcolm Paul Agius Galea, li qal il-ġimgħa li għaddiet li ma nafux biċ-ċert jekk Daphne nqatlitx minħabba x-xogħol tagħha ta’ ġurnalista. Iktar tard irtira dan id-diskors u skuża ruħu.

The post “Daphne m’għandhiex issir vittma għat-tieni darba” – il-Whip tal-Gvern appeared first on Newsbook.

Read the full article at the original source

Visit Newsbook →