It-tielet pont tal-Imsida se jiftaħ fil-ġimgħat li ġejjin
Saru madwar 1.3 kilometri ta’ infrastruttura ġdida taħt l-art The post It-tielet pont tal-Imsida se jiftaħ fil-ġimgħat li ġejjin appeared first on Newsbook.
It-tielet pont tal-Imsida mistenni jiftaħ fil-ġimgħat li ġejjin, u se joħloq rotta diretta ġdida minn Birkirkara lejn il-Belt Valletta hekk kif ikompli javvanza l-proġett ta’ Msida Creek.
Infrastructure Malta qalet li saru madwar 1.3 kilometri ta’ infrastruttura ġdida taħt l-art, fosthom pajpijiet tal-ilma, sistemi tad-drenaġġ, cables tal-Enemalta u infrastruttura tat-telekomunikazzjoni.
Bħalissa għaddejja wkoll l-installazzjoni ta’ pannelli prefabbrikati fuq it-tielet pont, b’parti mix-xogħlijiet issir billejl sabiex jitnaqqas l-impatt fuq it-traffiku.
Saru wkoll diversi xogħlijiet strutturali, fosthom 25 pilastru tal-konkos rinfurzat għall-parkeġġ il-ġdid, madwar 100 metru ta’ palanki tal-azzar u aktar xogħlijiet marbuta mal-kanal il-ġdid.
Infrastructure Malta qed tkompli bil-ħidma fuq il-pont, il-kanal u s-servizzi taħt l-art.
Il-proġett qed jimxi lejn pass importanti ieħor li se jkompli jtejjeb il-mod kif in-nies jivvjaġġaw bejn iż-żoni ċentrali u tat-Tramuntana tal-gżira kif ukoll tal-Belt Valletta.
The post It-tielet pont tal-Imsida se jiftaħ fil-ġimgħat li ġejjin appeared first on Newsbook.
Read the full article at the original source
Visit Newsbook →