Il-parlament Brittanniku jivvota kontra abbozz dwar is-suwiċidju assistit
Fir-Renju Unit ġie megħlub abbozz ta’ liġi biex idaħħal is-suwiċidju assistit fl-Ingilterra u Wales, b’286 vot kontra u 270 favur. The post Il-parlament Brittanniku jivvota kontra abbozz dwar is-suwiċidju assistit…
Fir-Renju Unit ġie megħlub abbozz ta’ liġi biex idaħħal is-suwiċidju assistit fl-Ingilterra u Wales, b’286 vot kontra u 270 favur.
Dan wara dibattitu nazzjonali li dam għaddej sentejn.
Il-mexxeja tal-partit laburista, tal-konservattivi, ta’ Reform UK u anke tal-Liberal Democrats kienu kontra l-abbozz, waqt li lanqas membru parlamentari wieħed mill-Irlanda ta’ Fuq ma vvota favurih.
Is-sena l-oħra l-parlament Skoċċiż ukoll kien ivvota kontra li l-introduzzjoni tas-suwiċidju assistit.
Alisdair Hungerford-Morgan, il-Kap Eżekuttiv ta’ Right To Life UK qal li l-ġlieda vera tibda issa. Huwa qal li huwa kruċjali li d-deputati parlamentari jingħaqdu biex tingħata attenzjoni sħiħa biex jissewwew problemi fundamentali b’rabta mal-kura lejn tmiem il-ħajja u jiffukaw fuq l-għoti ta’ kura paljattiva ta’ kwalità għolja u li tiżgura d-dinjita tal-pazjenti.
Dr Miriam Sciberras, Kap Eżekuttiv tal-Life Network Foundation qalet li wieħed mill-iktar pajjiżi progressivi fid-dinja ivvota kontra liġi biex tintroduċi l-ewtanasja u s-suwiċidju assistit.
“Dan hekk kif meta tħares bir-reqqa tara li huwa impossibbli li jkollok liġi sigura dwar l-ewtanasja. Huwa impressjonanti wkoll li l-ebda grupp li jaħdem favur id-diżabilità ma kien favur dan l-abbozz ta’ liġi.”
The post Il-parlament Brittanniku jivvota kontra abbozz dwar is-suwiċidju assistit appeared first on Newsbook.
Read the full article at the original source
Visit Newsbook →