112 maqtula u 837 feruti f’attakk mill-Iżrael fuq iċ-ċentru ta’ Bejrut
Mill-inqas 112-il persuna nqatlu u 837 oħra ndarbu fil-Libanu llum wara li Iżrael nieda mewġa ta’ attakki bla preċedent fil-gwerra attwali, skont l-aħħar dettalji mogħtija mill-Ministeru tas-Saħħa Libaniż. The post…
Mill-inqas 112-il persuna nqatlu u 837 oħra ndarbu fil-Libanu llum wara li Iżrael nieda mewġa ta’ attakki bla preċedent fil-gwerra attwali, skont l-aħħar dettalji mogħtija mill-Ministeru tas-Saħħa Libaniż.
“L-attakki mill-ajru tal-għadu Iżraeljan fuq diversi żoni fil-Libanu, li laħqu wkoll il-kapitali Bejrut, wasslu, skont bilanċ aġġornat iżda mhux finali, għal 112-il martri u 837 midruba,” qal il-ministeru fi stqarrija.
L-Iran iwissi li se jirritalja jekk Iżrael ma jwaqqafx l-attakki fuq il-Libanu
L-Iran wissa li se jniedi attakki li jwasslu biex Iżrael jiddispjaċih ta’ li għamel jekk mhux se jwaqqaf l-attakki fuq il-Libanu immedjatament. Dan skont rapport fil-midja tal-istat Iranjan.
Iżrael u l-Istati Uniti qalu li l-Libanu mhux parti mill-ftehim ta’ waqfien mill-ġlied ta’ ħmistax mal-Iran. Il-Prim MInistru Benjamin Netanyahu qal illum li Iżrael wettaq “l-ikbar daqqa” lill-Heżbollah mindu bdiet l-operazzjoni fuq l-art fil-Libanu.
The post 112 maqtula u 837 feruti f’attakk mill-Iżrael fuq iċ-ċentru ta’ Bejrut appeared first on Newsbook.
Read the full article at the original source
Visit Newsbook →