147 childcare centre wara li żdiedu 25
General 🇲🇹 Malti 📰 Newsbook 🕒 February 12, 2026 5:30 am

147 childcare centre wara li żdiedu 25

Sal-aħħar tas-sena l-oħra kien hemm total ta’ 147 childcare centres irreġistrati, b’erbgħa minnhom li jinsabu Għawdex The post 147 childcare centre wara li żdiedu 25 appeared first on Newsbook.

Matul dawn l-aħħar sentejn ġew irreġistrati 25 childcare centres ġodda, bit-total ta’ childcare centres f’Malta u f’Għawdex issa jmiss il-150 ċentru.

Il-Ministru tal-Edukazzjoni Clifton Grima kkonferma li fl-2024 u fl-2025 infetħu b’kollox 25 ċentru ġdid, waqt li kien qed iwieġeb mistoqsija parlamentari tax-Shadow Minister Graziella Galea.

B’kollox, sa tmiem l-2025 kien hemm 147 ċentru rreġistrat, b’erbgħa minnhom f’Għawdex. L-ikbar ammont ta’ ċentri jinsabu f’Birkirkara u fil-Mosta, filwaqt li f’numru ta’ lokalitajiet oħra ferm iżgħar hemm biss ċentru wieħed jew tnejn.

Lokalità Numru ta’ Ċentri
Birkirkara 13
Il-Mosta 11
Ħaż-Żebbuġ 9
Il-Qawra / San Pawl il-Baħar 8
San Ġwann 8
Ħaż-Żabbar 8
Ħal Tarxien 7
L-Imsida 7
Ħal Qormi 7
Il-Fgura 7
Il-Gżira 6
Santa Venera 6
Iż-Żejtun 6
Ħ’Attard 5
Raħal Ġdid 4
Ħal Luqa 4
Tal-Pietà 4
In-Naxxar 4
Ħal Għaxaq 3
Pembroke 3
Il-Għargħur 3
San Ġiljan 2
Il-Birgu 2
Is-Siġġiewi 2
Il-Furjana 1
Bormla 1
L-Imqabba 1
Ħad-Dingli 1
Ir-Rabat, Għawdex 2
San Lawrenz 1
Ix-Xewkija 1

Fl-aħħar jiem il-Gvern iffirma qbil li jikkonsisti f’perjodu ta’ erba’ snin sal-2028 fejn se jkunu qed jintefqu €276.7 miljun biex jingħata servizz b’xejn ta’ childcare lil ġenituri li jixtiequ jibqgħu jaħdmu t-tnejn li huma.

Dan is-servizz se jkun qed jibni fuq ftehimiet li saru fil-passat, b’żieda fl-investiment. Il-Prim Ministru Robert Abela li kien insista li childcare b’xejn m’għandux jidher bħala piż fuq il-Gvern iżda bħala investiment fil-familji u fil-futur soċjali u ekonomiku ta’ Malta.

Fiċ-childcare centres, tfal taħt l-età ta’ tliet snin, jiġifieri qabel jibdew il-kindergarten, jiġu m’għallma l-affarijiet bażiċi u jilagħbu ma’ tfal tamparhom fl-istess waqt li ż-żewġ ġenituri jkunu jistgħu jkomplu bil-karrieri tagħhom.

Skont studju li sar mill-Bank Ċentrali ta’ Malta kien hemm żieda ta’ 6,200 mara li ħarġu jaħdmu u dan wassal biex il-familji gawdew minn kważi €180 miljun f’żieda fil-pagi tagħhom għaliex il-familji qed iserħu iktar fuq iċ-childcare centres.

The post 147 childcare centre wara li żdiedu 25 appeared first on Newsbook.

Read the full article at the original source

Visit Newsbook →