Abela jinsisti li Malta għandha teżerċita “kawtela kbira” dwar Greenland, l-Iran u Venezuela
Il-Prim Ministru Robert Abela irrifjuta li jieħu pożizzjoni dwar l-iżviluppi ġeopolitiċi riċenti fi Greenland, l-Iran u Venezuela, u insista li Malta għandha turi “kwatela” meta ntalab jesprimi l-pożizzjoni ta’ Malta.…
Il-Prim Ministru Robert Abela irrifjuta li jieħu pożizzjoni dwar l-iżviluppi ġeopolitiċi riċenti fi Greenland, l-Iran u Venezuela, u insista li Malta għandha turi “kwatela” meta ntalab jesprimi l-pożizzjoni ta’ Malta.
Abela kien qed iwassal l-istqarrija ministerjali dwar l-aħħar summit tal-Kunsill Ewropew, li sar fis-17 u t-18 ta’ Diċembru – dan ma setax isir qabel minħabba l-waqfa tal-Parlament għall-Milied.
Minn dak iż-żmien, l-Istati Uniti attakkaw lil Venezuela u ħatfu l-president awtoritarju Nicolás Maduro, filwaqt li hedded li jaħtaf lil Greenland ukoll – territorju bi tmexxija indipendenti fi ħdan id-Danimarka, filwaqt li fl-Iran seħħew protesti kbar u l-awtoritajiet wieġbu bil-vjolenza – dawn kollha wasslu għal kundanni qawwija.
Dawn l-iżviluppi ġeopolitiċi li seħħew mill-aħħar summit tqanqlu minn għadd ta’ Membri Parlamentari wara l-istqarrija ta’ Abela, fosthom il-kap tal-oppożizzjoni Alex Borg u l-kelliem tal-PN għall-affarijiet barranin Beppe Fenech Adami.
Filwaqt li Borg beda t-tweġiba tiegħu b’referenza għall-Iran, Fenech Adami kompla fuq dan u osserva li l-Gvern għad irid jagħmel stqarrija dwar is-sitwazzjoni attwali tal-pajjiż.
Kien Fenech Adami li semma lil Greenland u t-theddid tal-president Amerikan Donald Trump li jieħu t-territorju bil-forza jekk ikun hemm bżonn.
FIlwaqt li l-MP Nazzjonalista irrikonoxxa li Malta kienet kostituzzjonalment newtrali, insista li dan m’għandu qatt jiġi interpretat li għandha “tibqa siekta quddiem sitwazzjonijiet li jaffetwawna.”
F’dan il-punt Abela xorta waħda ma ħax pożizzjoni la dwar it-territorju u lanqas dwar Venezuela filwaqt li insista li s-sitwazzjonijiet jitolbu li Malta teżerċita “kawtela kbira,” filwaqt li insista li Malta tipprattika n-newtralità attiva u mhux passive.
Tenna li l-gvern qed isegwi s-sitwazzjoni b’reqqa fit-tliet territorji, kif ukoll x’qed tagħmel l-UE, filwaqt li nnota li l-UE kienet għadha se tesprimi pożizzjoni uffiċjali dwar Greenland.
The post Abela jinsisti li Malta għandha teżerċita “kawtela kbira” dwar Greenland, l-Iran u Venezuela appeared first on Newsbook.
Read the full article at the original source
Visit Newsbook →