Abela jwiegħed €200 liż-żgħażagħ għal kunċerti, wirjiet, films u sfilati tal-moda
Entertainment 🇲🇹 Malti 📰 Newsbook 🕒 May 5, 2026 8:26 pm

Abela jwiegħed €200 liż-żgħażagħ għal kunċerti, wirjiet, films u sfilati tal-moda

Abela ndirizza t-tnedija tal-kampanja minn Żgħażagħ Laburisti fil-Birgu The post Abela jwiegħed €200 liż-żgħażagħ għal kunċerti, wirjiet, films u sfilati tal-moda appeared first on Newsbook.

Jekk il-Partit Laburista jingħata l-fiduċja li jkompli fit-tmexxija tal-pajjiż se jkun qed jagħti flus liż-żgħażagħ għal avvenimenti kulturali filwaqt li jingħataw aċċess għal servizzi ġodda ta’ saħħa mentali f’istituzzjonijiet edukattivi.

Kien dan li ħabbar il-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista Robert Abela llejla waqt it-tnedija tal-kampanja minn Żgħażagħ Laburisti biswit il-Forti Sant’Anġlu, il-Birgu.

X’qed jipproponi għaż-żgħażagħ?

  • Servizzi ġodda ta’ saħħa mentali fuq il-kampus edukattivi
  • €200 fis-sena għal avvenimenti kulturali

Dwar is-saħħa mentali Robert Abela qal li l-istudenti se jkunu jistgħu jipparteċipaw f’workshops dwar stress, sleep u time management, jitkellmu f’peer support groups u jirrikorru għal terapija individwali f’każ ta’ ansjetà kbira, dipressjoni, trawma jew eating disorder.

Ippreżenta wkoll proposta ta’ finanzjament iddedikat għall-Culture Pass sabiex aktar studenti minn aktar skejjel primarji, sekondi u post sekondarji jkollhom aċċess għall-arti.

U miżura ġdida fejn se tinħoloq inizjattiva simili għal żgħażagħ li għandhom bejn 18 u 21 sena bl-isem ta’ Arts Pass. Dawn jingħataw kreditu ta’ €200 fis-sena li jkunu jistgħu jużawh biex jattendu avvenimenti kulturali bħal kunċerti mużikali, wirjiet, produzzjonijiet teatrali, films u sfilati tal-moda, fost oħrajn.

Abela reġa’ semma’ numru ta’ proposti oħra għaż-żgħażagħ inkluż żieda ta’ 15% għall-istipendji u l-ebda taxxa fuq l-ewwel €30,000 li wieħed jaqla’ matul l-ewwel tliet snin fl-ewwel impjieg.

The post Abela jwiegħed €200 liż-żgħażagħ għal kunċerti, wirjiet, films u sfilati tal-moda appeared first on Newsbook.

Read the full article at the original source

Visit Newsbook →