Ara: “Bis-saħħa tal-film Żejtune għannejt wara 10 snin wieqaf” – Nenu l-Brazz
Entertainment 🇲🇹 Malti 📰 Newsbook 🕒 April 11, 2026 4:30 am

Ara: “Bis-saħħa tal-film Żejtune għannejt wara 10 snin wieqaf” – Nenu l-Brazz

Il-Brazz, li għandu 82 sena, tkellem dwar in-namra tal-għana u kif waslet l-istedina biex jieħu sehem f’dan il-film filwaqt li Camilleri tkellem dwar kemm ma kenitx faċli li jsibu għannej…

“Bis-saħħa tal-film Żejtune jien għannejt wara 10 snin wieqaf” hekk stqarr l-għannej Karkariż Nenu mlaqqam il-Brazz waqt il-programm BTW li fih kien qed jiġi diskuss il-film Żejtune li din il-ġimgħa ħareġ fis-swali taċ-ċinema kollha.

Nenu Borg il-Brazz, l-attriċi Michela Farrugia u d-direttur Alex Camilleri, li kien ħadem il-film Luzzu, kienu qegħdin jieħu sehem fil-programm ta’ diskussjoni BTW li jixxandar kull nhar t’Erbgħa fil-5pm fuq RTK103.

Il-Brazz, li għandu 82 sena, tkellem dwar in-namra tal-għana u kif waslet l-istedina biex jieħu sehem f’dan il-film filwaqt li Camilleri tkellem dwar kemm ma kenitx faċli li jsibu għannej li kien kapaċi jinterpreta karattru bħal dan. Id-direttur saħaq li mingħajr Nenu dan il-film ma setax isir għax xtaq persuna awtentika li ġejja mid-dinja tal-għana.

Nenu qal li kien ilu wieqaf mill-għana xi 10 snin minħabba kumplikazzjonijiet ta’ saħħa, biss fix-xower xorta baqa’ jgħanni xi waħda fil-fatt il-ġirien kienu jgħidulu li semgħuh. “Mhux ċert meta ħriġt minn ġuf ommi għannejtilix għanja flok bkejt” qal Nenu meta beda jirrakkonta.

Hu rringrazzja lill-martu għax qal li kien bis-saħħa tal-għajnuna tagħha li rnexxielu jitgħallem l-iskript u semma kif din kienet tmur miegħu għal kull xena tal-film bħala sapport u għax kienet affixxanata mill-mod kif kien qed jinġibed dan il-film mill-isbaħ.

Ara BTW b’mod sħiħ:

Il-film għandu l-produzzjoni ta’ Oliver Mallia ta’ Pellikola, Ramin Bahrani ta’ Noruz Films u Alex Camilleri ta’ Solari Productions, flimkien mal-ko-produtturi Fred Burle u Sol Bondy ta’ One Two Films, kif ukoll ta’ Rebecca Anastasi. Dan inħadem bħala ko-produzzjoni ma’ ZDF Das kleine Fernsehspiel u f’assoċjazzjoni ma’ arte, Films Boutique u Nizza Films.

Flimkien ma’ Michela Farrugia u Nenu Borg, il-film jinkludi firxa wiesgħa ta’ atturi lokali, fosthom id-debutt fuq l-iskrin tal-kantawtur Malti Michael Azzopardi fir-rwol ta’ Anġlu, u l-attriċi Frida Cauchi fir-rwol taz-zija ta’ Mar, Annette.

Żejtune inbiegħ lil 14-il pajjiż madwar id-dinja wara l-premiere dinji tiegħu fil-Göteborg Film Festival fl-aħħar ta’ Jannar u bejgħ ieħor fis-Suq Ewropew tal-Films waqt il-Berlin International Film Festival.

Permezz tal-aġent tal-bejgħ internazzjonali tal-film, Films Boutique, il-film diġà kiseb distribuzzjoni fi Franza, l-Italja, il-Belġju, l-Olanda, il-Lussemburgu, is-Slovenja, il-Kroazja, il-Bożnija u Ħerzegovina, is-Serbja, il-Maċedonja ta’ Fuq, il-Kosovo, il-Montenegro, l-Albanija u Singapor.

The post Ara: “Bis-saħħa tal-film Żejtune għannejt wara 10 snin wieqaf” – Nenu l-Brazz appeared first on Newsbook.

Read the full article at the original source

Visit Newsbook →