Ara: Ir-rapport tal-inkjesta dwar il-laptop fil-ħabs mistenni “fil-ġranet li ġejjin”
Il-laptop kien qed jintuża minn Adrian Agius u kien imqabbad mal-internet The post Ara: Ir-rapport tal-inkjesta dwar il-laptop fil-ħabs mistenni “fil-ġranet li ġejjin” appeared first on Newsbook.
Ir-rapport tal-inkjesta interna li saret dwar l-użu ta’ laptop fil-ħabs ta’ Kordin mistenni li jiġi konkluż “fil-ġanet li ġejjin”, kif konfermat mill-Ministru Glenn Bedingfield.
Il-Ministru kien qed jitkellem waqt il-programme Paper Scan fejn qal li qed jistenna li jirċievi r-rapport tal-inkjesta f’dawn il-ġranet filwaqt li assigura li se tkun qed jieħu d-deċiżjonijiet kollha neċessarji wara li jdur ir-rakkomandazzjonijiet.
Il-Ministru kien appunta inkjesta interna x-xahar li għadda wara li uffiċjali tal-ħabs sabu laptop imqabbad mal-internet f’waħda miċ-ċelel meta mhux suppost. B’Newsbook Malta kien ikkonferma li l-laptop kien qed jintuża minn Adrian Agius magħruf bħala Tal-Maksar.
Agius kien weħel sentenza ta’ għomru l-ħabs wara li nstab ħati bil-qtil tal-avukat Carmel Chircop.
Il-Ministru Bedingfield kien ikkonferma li l-laptop ma kienx ddaħħal fil-ħabs b’mod klandestin iżda kien qed jintuża wara li tqabbad mal-internet meta dan mhux suppost.
L-awtoritajiet tal-ħabs qed jinvestigaw dan il-każ separatament mill-investigazzjoni li għandha tiġi konkluża f’dawn il-jiem.
The post Ara: Ir-rapport tal-inkjesta dwar il-laptop fil-ħabs mistenni “fil-ġranet li ġejjin” appeared first on Newsbook.
Read the full article at the original source
Visit Newsbook →