Ara: Tisħon il-qiegħa meta uffiċjal tas-sigurtà jwaqqaf lil Adrian Delia f’St Luke’s
Entertainment 🇲🇹 Malti 📰 Newsbook 🕒 May 13, 2026 3:28 pm

Ara: Tisħon il-qiegħa meta uffiċjal tas-sigurtà jwaqqaf lil Adrian Delia f’St Luke’s

Adrian Delia ippubblika filmat fuq Facebook fejn jidher f’argument ma’ uffiċjali tas-sigurtà barra St Luke’s Hospital waqt li kien qed jiġbed video relatat mal-investiment fil-qasam tas-saħħa. The post Ara: Tisħon…

Saħnet il-qiegħa quddiem l-Isptar San Luqa bejn il-kandidat Nazzjonalista Adrian Delia u uffiċjal tas-sigurtà. Dan minħabba li Delia kien qed jagħmel filmat dwar l-investiment u l-wegħda tal-Partit Laburista għal St Luke’s.

Fil-filmat li tella’ fuq Facebook, Delia qal li qed iżur l-investiment ta’ €900,000,000, sakemm jistenna l-wegħda ta’ investiment ta’ €1,500,000,000…”

Fil-filmat, li jdum kważi żewġ minuti, Delia jidher qed jipprova jiġbed filmat fuq il-post meta jiġi avviċinat minn uffiċjal tas-sigurtà li qallu li huwa pprojbit li jinġibdu filmati fiż-żona tal-sptar.

Matul l-iskambju, Delia diversi drabi staqsa lill-uffiċjal fejn tinsab l-indikazzjoni jew ir-regola li tipprojbixxi l-ġbid tal-filmati fuq il-post. Min-naħa tiegħu, l-uffiċjal tas-sigurtà wieġeb li filming ma jistax isir hemmhekk “bħal kull sptar ieħor”. F’dan il-mument Delia talab lill-uffiċjal biex jidħlu ġewwa biex jurih l-isptar.

F’mument minnhom, l-uffiċjal akkuża lil Delia li mbuttah, iżda Delia wieġeb billi qal: “Kif nista’ nimbotta meta idejja fil-but?”

Fil-filmat jidher ukoll l-uffiċjal tas-sigurtà diversi drabi jersaq lejn il-cameraman u jitolbu jiġbdu lilu wkoll fuq il-camera, filwaqt li f’ħin minnhom instema’ jgħid lil Delia li Gvern Nazzjonalista kien ħalla l-isptar “għall-ħamiem għal 25 sena”.

L-uffiċjal instema’ wkoll jgħid “tiġix tikkummidjali” waqt l-argument li seħħ fuq il-post.

Il-PL jappella għall-kalma filwaqt li jikkundanna lil Delia għax iffilmja barra St Luke’s

Intant, il-Partit Laburista fi stqarrija kkundanna l-aġir tad-deputat Nazzjonalista Adrian Delia wara l-inċident barra St Luke’s Hospital, fejn qal li l-mod kif ġab ruħu “juri kemm daqshekk jimpurtah mill-ħaddiema l-Partit Nazzjonalista”.

Il-PL esprima solidarjetà mal-ħaddiema involuti u appella għall-kalma, filwaqt li qal li “ħadd m’għandu jaqa’ għal din it-tip ta’ provokazzjoni.”

The post Ara: Tisħon il-qiegħa meta uffiċjal tas-sigurtà jwaqqaf lil Adrian Delia f’St Luke’s appeared first on Newsbook.

Read the full article at the original source

Visit Newsbook →