Fr Adrian Caruana Colombo: Kien riservat imma mimli enerġija u spiritwalità profonda
General 🇲🇹 Malti 📰 Newsbook 🕒 February 12, 2026 8:21 pm

Fr Adrian Caruana Colombo: Kien riservat imma mimli enerġija u spiritwalità profonda

Esperjenza ġdida li waqgħet tajjeb fuq l-edukazzjoni olistika li konna rċivejna fil-familji rispettivi tagħna, fl-iskola, li minkejja kienet sekondarja konna qiesna qegħdin l-università The post Fr Adrian Caruana Colombo: Kien riservat imma mimli enerġija u spiritwalità profonda…

Nissupponi li mhux se nkun l-uniku wieħed li nniżżel żewġ versi ta’ apprezzament għall-maħbub Fr Adrian li daħal fi ħdan il-Missier ftit tal-jiem ilu.  

Minkejja l-persuna tiegħu, kwieta u f’ċertu sens riżervata, il-ħajja saċerdotali ġabitu f’kuntatt ma’ bosta u bosta nies, u mhux biss ta’ nazzjonalità Maltija u lanqas biss hawn fil-gżejjer tagħna. Kwieta iva, imma fl-istess ħin mimlija enerġija u l-aktar spiritwalità profonda, awtentika għaliex evanġelika. 

Kien fl-1977 li niftakar li ġejt f’kuntatt miegħu għall-ewwel darba meta kont seminarista u hu, b’impenn notevoli, b’dedikazzjoni u determinazzjoni kien jaqsam il-fliegu u jiġi jżurna u jagħtina l-esperjenza tiegħu tal-Vanġelu li kien irċieva fi ħdan l-Opera di Maria, Moviment tal-Focolarini, u li minnha kien xorob ukoll il-qaddej ta’ Alla Dun Mikiel Attard, direttur spiritwali fis-seminarju tagħna. Spiritwalità tal-unità, imsejsa fuq l-abbandun ta’ Ġesù fuq is-salib. 

Esperjenza ġdida li waqgħet tajjeb fuq l-edukazzjoni olistika li konna rċivejna fil-familji rispettivi tagħna, fl-iskola, li minkejja kienet sekondarja konna qiesna qegħdin l-università, mill-ambjenti tal-Knisja tad-duttrina… insomma, minn edukaturi ġenwini, benefatturi tassew fit-tfulija u ż-żogħżija tagħna.  

Fr Adrian kien tlaqqam minn din l-ispiritwalità u nazzarda ngħid kienet saret Hu nnifsu. Esperjenza ta’ mħabba u għaqda ma’ Alla, u ma’ kull proxxmu. U baqgħet hekk sal-aħħar, tant li l-mewt qisha ma messitx miegħu. Minn ġie f’kuntatt miegħu, jaf li mhux qed nesaġera. Għad nisimgħu ħafna iktar fuqu u mhux l-inqas mis-superjuri tiegħu li dejjem raw fih ‘qaddej umli u fidil’, lest biex jidħol fis-Saltna! 

The post Fr Adrian Caruana Colombo: Kien riservat imma mimli enerġija u spiritwalità profonda appeared first on Newsbook.

Read the full article at the original source

Visit Newsbook →