“Ġentlom”: Isellmu l-memorja tas-surmast tal-iskola primarja ta’ Ħal Tarxien
General 🇲🇹 Malti 📰 Newsbook 🕒 August 9, 2026 5:39 pm

“Ġentlom”: Isellmu l-memorja tas-surmast tal-iskola primarja ta’ Ħal Tarxien

L-iskola primarja ta’ Ħal Tarxien, parti mill-Kulleġġ St Thomas More, sellmet il-memorja tas-surmast Joseph Mifsud, li ħalla din id-dinja. The post “Ġentlom”: Isellmu l-memorja tas-surmast tal-iskola primarja ta’ Ħal Tarxien…

L-iskola primarja ta’ Ħal Tarxien, parti mill-Kulleġġ St Thomas More, sellmet il-memorja tas-surmast Joseph Mifsud, li ħalla din id-dinja.

F’kitba fuq il-midja soċjali l-iskola ddeskriviet lil Mifsud bħala “mexxej, mentor u kollega li sar ħabib u, fuq kollox edukatur dedikat li xogħlu miss il-ħajjiet ta’ eluf ta’ studenti u għalliema li kellhom il-privileġġ li jaħdmu ma’ dan il-ġentlom.”

Qalet li Joseph Mifsud se jibqa mfakkar bħala eżempju eċċellenti ta’ Kap ta’ Skola li jmexxi bir-rispett, l-empatija u qalb tajba ma’ dawk ta’ madwaru.

“Id-dedikazzjoni tiegħu lejn l-iskola tal-aħħar mumenti ispiratna lkoll. Sa meta nerġgħu niltaqgħu, Surmast. Strieħ fil-paċi.”

L-iskola ħabbret ukoll li l-funeral tas-surmast Mifsud se jsir nhar l-Erbgħa li ġej fit-8:30am fil-knisja parrokkjali tal-Fgura.

The post “Ġentlom”: Isellmu l-memorja tas-surmast tal-iskola primarja ta’ Ħal Tarxien appeared first on Newsbook.

Read the full article at the original source

Visit Newsbook →