Grupp irġiel għarwenin f’San Ġiljan: “Imġiba inaċċettabbli” – l-MHRA
Entertainment 🇲🇹 Malti 📰 Newsbook 🕒 June 6, 2026 5:06 pm

Grupp irġiel għarwenin f’San Ġiljan: “Imġiba inaċċettabbli” – l-MHRA

L-assoċjazzjoni tal-lukandi u r-ristoranti (MHRA) ikkundannat każ fejn grupp ta’ rġiel ġew iffilmjati għarwenin fuq ċint f’San Ġiljan. The post Grupp irġiel għarwenin f’San Ġiljan: “Imġiba inaċċettabbli” – l-MHRA appeared…

L-assoċjazzjoni tal-lukandi u r-ristoranti (MHRA) ikkundannat każ fejn grupp ta’ rġiel ġew iffilmjati għarwenin fuq ċint f’San Ġiljan.

L-irġiel, li kienu qed joqgħodu f’AirBnB, kienu viżibbli minn Triq Reġjonali, minn fejn infatti ġew fotografati.

L-MHRA qalet li Malta tilqa’ turisti minn madwar id-dinja iżda t-tgawdija għandu dejjem jimxi id f’id mar-rispett lejn il-komunitajiet lokali, ir-residenti, il-ħaddiema, il-familji u anke mat-turisti l-oħra. Qalet li Malta mhix destinazzjoni “free-for-all”.

L-assoċjazzjoni qalet li għandu jkun hemm tolleranza żero lejn aġir antisoċjali, inkluż l-abbuż tal-alkoħol u d-droga, storbju eċċessiv, serq, irqad barra, imġiba mhux diċenti u persuni mexjin fit-toroq jew spazji pubbliċi waqt li jkunu bla ħwejjeġ jew lebsin b’mod mhux diċenti.

Qalet li mġieba bħal din timmina l-ħidma li qed tagħmel l-Awtorità Maltija tat-Turiżmu u l-investimenti li qed jagħmlu l-membri tagħha biex jiġi attirat turiżmu ta’ kwalità.

Il-każ irrappurtat illum għandu jiġi investigat b’urġenza u l-miżuri massimi li tippermetti l-liġi għandhom jiġu attwati – dan biex jintbagħat sinjal ċar li imġiba bħal din mhux se tiġi tollerata.

Filwaqt li faħħret il-ħidma tal-pulizija, l-MHRA qalet li għandu jkun hawn infurzar iktar b’saħħtu u preżenza iktar viżibbli tal-awtoritajiet fil-postijiet iffrekwentati mit-turisti.

The post Grupp irġiel għarwenin f’San Ġiljan: “Imġiba inaċċettabbli” – l-MHRA appeared first on Newsbook.

Read the full article at the original source

Visit Newsbook →