Helpline ġdid għal min ikollu ħsibijiet dwar abbuż sesswali fuq it-tfal
Fi stqarrija, il-Ministeru għall-Politika Soċjali u l-Familja qal li dan il-helpline preventiv 99059414 għandu l-għan li jilqa’ u jipprevjeni sitwazzjonijiet ta’ abbuż fuq minorenni. The post Helpline ġdid għal min…
‘Stop it Now! Malta’ huwa helpline ġdid għal persuni li huma mħassba fuq ħsibijiet ta’ natura sesswali lejn persuni taħt l-età, li tinkludi wkoll imġiba online. Il-helpline għandu l-għan li jilqa’ u jipprevjeni sitwazzjonijiet ta’ abbuż fuq minorenni.
Fi stqarrija, il-Ministeru għall-Politika Soċjali u l-Familja qal li dan il-helpline preventiv 99059414, imħaddem mid-Direttorat għall-Ħarsien tat-Tfal, se jservi ta’ għodda speċjalizzata li ssaħħaħ il-prevenzjoni ta’ abbuż u sfruttament sewwali tat-tfal.
Għalissa dan il-helpline se jibda jopera mit-Tnejn sal-Ġimgħa bejn id-9am u s-1pm.
Il-Ministru Michael Falzon qal li dan il-helpline se jservi wkoll ta’ gwida u sostenn għal dik il-persuna sabiex iżżomm kontroll fuq l-imġiba tagħha, u maħsub għal kwalunkwe persuna li għandha 18-il sena jew iktar. Sostna li se tiġi rrispettata l-anonimità tal-persuni.
Il-helpline huwa mmirat ukoll għall-individwi li bħalissa qed jiġu investigati fuq akkużi ta’ abbuż sesswali lejn minuri kif ukoll għall-qraba tagħhom. Jista’ jkun ta’ għajnuna wkoll għal dawk illi għandhom tħassib fuq l-imġiba ta’ persuna oħra.
Il-Kap Eżekuttiv tal-FSWS Alfred Grixti qal li dan il-helpline ġie mniedi sabiex jilqa’ għal ċertu realtajiet bħal abbuż sesswali u anke rapporti relatati ma’ materjal pornografiku li jinvolvi l-minuri.
Huwa spjega li ‘Stop it Now! Malta’ huwa mfassal b’kollaborazzjoni ma’ ‘Stop it Now! UK & Ireland’ li ilu jopera b’suċċess ’il fuq minn 20 sena u li ħalla impatt pożittiv fuq dawk involuti.
The post Helpline ġdid għal min ikollu ħsibijiet dwar abbuż sesswali fuq it-tfal appeared first on Newsbook.
Read the full article at the original source
Visit Newsbook →