Il-Festi tal-Indipendenza jirritornaw fuq il-Fosos wara tmien snin
Skont il-PN, it-tema magħżula għal din is-sena tgħaqqad it-tifkira tal-Indipendenza mal-ħtieġa li jibqgħu jitħarsu l-libertà, il-ġustizzja u l-indipendenza tal-istituzzjonijiet. The post Il-Festi tal-Indipendenza jirritornaw fuq il-Fosos wara tmien snin appeared…
Il-PN iħabbar tlett ijiem ta’ attivitajiet bejn it-18 u l-20 ta’ Settembru
Il-Partit Nazzjonalista ħabbar il-programm tal-Festi tal-Indipendenza 2026, li din is-sena se jirritornaw fuq il-Fosos tal-Furjana wara nuqqas ta’ tmien snin.
Iċ-ċelebrazzjonijiet, bit-tema “Pajjiż ħieles. Pajjiż li ma jibżax”, se jsiru bejn il-Ġimgħa 18 u l-Ħadd 20 ta’ Settembru, b’programm li se jinkludi diskussjonijiet politiċi, attivitajiet għall-familji u ż-żgħażagħ, sport, mużika u divertiment.

Il-qofol se jintlaħaq il-Ħadd filgħaxija b’Mass Meeting indirizzat mill-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista, Alex Borg. Aktar tard, mat-tokki ta’ nofsillejl, se ssir kommemorazzjoni awdjoviżiva u titella’ l-bandiera Maltija biex jitfakkar it-62 anniversarju mill-Indipendenza ta’ Malta.
Skont il-PN, it-tema magħżula għal din is-sena tgħaqqad it-tifkira tal-Indipendenza mal-ħtieġa li jibqgħu jitħarsu l-libertà, il-ġustizzja u l-indipendenza tal-istituzzjonijiet.
Matul it-tlett ijiem se jittellgħu ukoll diversi spettakli mużikali. Il-Ġimgħa se jkun hemm ABBAFever, filwaqt li s-Sibt jitla’ fuq il-palk QueenMania bl-inklużjoni ta’ Giacomo Voli. Il-Ħadd, wara l-Mass Meeting, se jkun imiss lil Pink’s One, tribut lil Pink Floyd.

Il-programm se jinkludi wkoll 5km Ġirja/Mixja għall-Indipendenza, attivitajiet għat-tfal u diversi sessjonijiet ta’ divertiment.
L-attivitajiet marbuta mal-Indipendenza se jkomplu t-Tnejn 21 ta’ Settembru, Jum l-Indipendenza, b’kompetizzjonijiet tal-isparar f’Ta’ Kandja u l-Bidnija.
Ara hawn; il-programm sħiħ tal-Festi tal-Indipendenza 2026.
Il-Ġimgħa 18 ta’ Settembru
- 18:30 – Ftuħ tal-istall tal-ikel u x-xorb
- 18:30 – 5km Ġirja/Mixja għall-Indipendenza, organizzata minn TimSport PN, mill-Fosos mad-dawra tal-Belt Valletta u lura
- 19:00 – Żona għat-Tfal u Divertiment
- 20:00 – Diskussjoni politika
- 21:00 – ABBAFever, spettaklu tribut lil ABBA u sessjoni Akustika ma’ Karin Duff fiż-Żona Lounge
Is-Sibt 19 ta’ Settembru
- 18:30 – Ftuħ tal-istall tal-ikel u x-xorb
- 19:00 – Żona għat-Tfal u Divertiment
- 20:00 – Diskussjoni politika
- 21:00 – QueenMania ma’ Giacomo Voli u Krista Sujak b’sessjoni akustika fiż-Żona Lounge
Il-Ħadd 20 ta’ Settembru – il-qofol taċ-ċelebrazzjonijiet
- 09:00 – Table Football fil-Każin La Valletta fil-Belt, organizzat mill-klabbs fi ħdan l-MTFSA
- 18:30 – Ftuħ tal-istall tal-ikel u x-xorb
- 18:30 – Żona għat-Tfal u Divertiment
- 19:00 – Programm ta’ qabel il-Mass Meeting ma’ DJ Gabii u DJ Izak, flimkien ma’ Carl u Karla
- 19:30 – Tqegħid ta’ kuruna mal-Monument tal-Indipendenza minn uffiċjali tal-Partit Nazzjonalista
- 20:30 – Mass Meeting indirizzat minn Alex Borg, Kap tal-Oppożizzjoni u tal-PN
- 21:30 – Post Meeting ma’ DJ Saydon
- 22:00 – Pink’s One, grupp tribut lil Pink Floyd
- Mat-tokki ta’ nofsillejl – Kommemorazzjoni awdjoviżiva tal-Indipendenza u t-tlugħ tal-bandiera Maltija biex jitfakkar it-62 anniversarju mill-Indipendenza
It-Tnejn 21 ta’ Settembru – Jum l-Indipendenza
- 09:00 – Kompetizzjonijiet tal-isparar organizzati minn Tim Sport PN f’Ta’ Kandja u l-Bidnija, flimkien mal-Malta Shooting Federation.

The post Il-Festi tal-Indipendenza jirritornaw fuq il-Fosos wara tmien snin appeared first on Newsbook.
Read the full article at the original source
Visit Newsbook →