Il-Kamra tan-Nar ta’ San Sebastjan rebbieħa fil-Festival Internazzjonali tan-Nar
Nifirħu lir-rebbieħa kollha. The post Il-Kamra tan-Nar ta’ San Sebastjan rebbieħa fil-Festival Internazzjonali tan-Nar appeared first on Newsbook.
Il-Kamra tan-Nar ta’ San Sebastjan Ħal Qormi ħarġet rebbieħa fil-Malta International Fireworks Festival 2026, li din is-sena kien qed jiċċelebra l-25 anniversarju.
F’kitba fuq Facebook huma qalu, “Din mhix biss rebħa, iżda mument li jibqa’ mnaqqax fl-istorja tal-piroteknika fil-Belt Pinto. Kisba li ġiet mibnija fuq snin twal ta’ ħidma, sagrifiċċju u dedikazzjoni minn tant voluntiera li taw qalbhom u ħinhom biex naslu sa hawn.”
Fit-tieni post ikklasiffikat il-Kamra tan-Nar Sant’Andrija Ħal Luqa segwita mill-Kamra tan-Nar San Filep Ħaż-Żebbuġ.
Dan il-festival beda fin-Nadur fit-18 t’April u laħaq il-qofol tiegħu lbieraħ fil-Port il-Kbir. L-ispettaklu kien jinkludi wkoll xow bid-drones.
Nawguraw lir-rebbieħa kollha!
The post Il-Kamra tan-Nar ta’ San Sebastjan rebbieħa fil-Festival Internazzjonali tan-Nar appeared first on Newsbook.
Read the full article at the original source
Visit Newsbook →