Il-Prim Ministru ma jagħtix l-ispiża tal-istruttura biswit it-Tritoni
Din l-istruttura mistennija tkun magħmula minn materjal riflessiv u għandha “tintegra ruħha fl-ambjent ta’ madwarha”, skont Envision 2050 The post Il-Prim Ministru ma jagħtix l-ispiża tal-istruttura biswit it-Tritoni appeared first…
Il-Prim Ministru Robert Abela naqas milli jagħti l-ispiża tal-istruttura ċilesta li tfaċċat fl-aħħar jiem biswit il-funtana tat-Tritoni.
Għal dawk li forsi ma jafux x’inhi, din mhi xejn għajr struttura li għadha qed tinbena fi Ġnien il-Biskuttin biex wieħed ikollu “esperjenza immersiva tal-Viżjoni Malta 2050”. Eventwalment din l-istruttura mhix se tibqa’ tidher ċilesta iżda mistennija tkun magħmula minn materjal riflessiv u għandha “tintegra ruħha fl-ambjent ta’ madwarha”.
Fuq ġewwa permezz ta’ viżwali u narrativa apposta, nies ta’ kull età se jkunu jistgħu jimirħu fi vjaġġ artistiku li se jkun qed jagħti l-ħajja lill-Viżjoni Malta 2050.
Ftit passi ‘l bogħod minnha, propju fil-Kamra tar-Rappreżentanti, ix-Shadow Minister Julie Zahra talbet lill-Prim Ministru jgħid jekk inħariġx permess biex tkun tista’ tittella’ l-istruttura fejn il-funtana tat-Tritoni u jqiegħed kopja tal-permess fuq il-Mejda tal-Kamra. Talbet ukoll biex jgħid kemm se tiswa’ l-“Immersive Experience Vision 2050” u jekk hijiex ser titħallas mill-privat jew minn fondi pubbliċi.
Il-Prim Ministru wieġeb li din l-esperjenza, li ser tkun miftuħa għal kulħadd mingħajr ebda ħlas, għandha l-għan li tqarreb lill-pubbliku ma’ din il-Viżjoni li qed tipproġetta lil Malta sal-2050 permezz ta’ show artistiku u b’teknoloġija li tippermetti lil min iżurha jimraħ dwar Malta futura.
Abela qal li din l-istruttura hija meqjusa bħala xogħol artistiku u skont il-liġi tal-ippjanar (Subsidiary Legislation 552.08, Class 4 (iv) , din ma ħteġitx permessi mill-istess Awtorità. Kien meħtieġ biss komunikazzjoni u no objections mill-Kunsill Malti għal-Arti u minn Transport Malta, li ġew miksuba.
Dwar il-baġit huwa qal li għal din l-Immersive Experience saret bħala parti mill-vot allokat għal Malta Vision 2050 fl-estimi finanzjarji tal-Baġit.
The post Il-Prim Ministru ma jagħtix l-ispiża tal-istruttura biswit it-Tritoni appeared first on Newsbook.
Read the full article at the original source
Visit Newsbook →