Jammetti li niżżel il-pornografija tat-tfal
Raġel ta’ 31 sena ngħata l-libertà proviżorja wara li ammetta li niżżel mill-internet materjal pornografiku tat-tfal, inkluż materjal li juri tfal taħt l-età ta’ 9 snin. The post Jammetti li…
Raġel ta’ 31 sena ngħata l-libertà proviżorja wara li ammetta li niżżel mill-internet materjal pornografiku tat-tfal, inkluż materjal li juri tfal taħt l-età ta’ 9 snin.
Ir-raġel tressaq il-qorti llum fejn ammetta li niżżel u kien fil-pussess ta’ materjal pornografiku tat-tfal.
Il-psikoterapista tiegħu qal li l-akkużat ilu jmur għat-terapija għal dawn l-aħħar erbatax-il xahar u wera “progress u impenn.”
Id-difiża talbet li jsir rapport ta’ qabel tingħata s-sentenza, bit-talba tiġi milqugħa mill-qorti.
Ir-raġel ingħata l-libertà proviżorja fuq garanzija persinali ta’ €6,000 waqt li ordnatlu li jiffirma fl-għassa darbtejn fil-ġimgħa.
Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-ispettur Eman Hayman. L-avukati Franco Debono u Adreana Zammit dehru għall-akkużat.
The post Jammetti li niżżel il-pornografija tat-tfal appeared first on Newsbook.
Read the full article at the original source
Visit Newsbook →