Jinqabdu deħlin mit-tieqa ta’ gym, jieħdu ritratti mat-trofej u jilagħbu l-boxing
Dak kollu li seħħ inqabad minn filmati tas-sigurtà The post Jinqabdu deħlin mit-tieqa ta’ gym, jieħdu ritratti mat-trofej u jilagħbu l-boxing appeared first on Newsbook.
Grupp ta’ żgħażagħ inqabdu minn filmati tas-sigurtà jidħlu minn tieqa ta’ gym f’Tas-Sliema, jieħdu ritratti mat-trofej u jilagħbu l-boxing bl-użu ta’ propjetà tal-gym wara l-ħinijiet tal-ftuħ.
Sliema Fitness irrapporta kif għandhom il-provi kollha f’idejhom kif dawn iż-żgħażagħ daħlu minn waħda mit-twieqi u qattgħu xi ħin hemm ġew. Għalkemm ma saret l-ebda ħsara u lanqas serq, iż-żgħażagħ xorta waħda daħlu bla permess tas-sidien.
Il-każ seħħ is-Sibt li għadda fejn ritratti ppubblikati juru seba’ żgħażagħ deħlin wieħed wieħed minn tieqa fil-gym li jinsab Tigne Point. Is-sidien innotaw kif minkejja li dawn użaw xi oġġetti fil-gym, kollox reġa’ tpoġġa f’postu qabel telqu mill-post.
Dak kollu li seħħ f’dan il-ħin inqabad minn filmati tas-sigurtà, bis-sidien qed jappellaw biex jekk il-ġenituri jagħrfu lil uliedhom, minkejja li l-uċuh mgħottija, għandhom ikellmuhom u jispjegawlhom l-importanza tar-rispett lejn propjetajiet privati u anke l-konsegwenzi li jistgħu jħallu l-azzjonijiet.
“L-entużjażmu huwa apprezzat iżda t-teknika teħtieġ ftit xogħol”
Is-sidien ma ħadux din is-sitwazzjoni wisq bis-serjetà anke meta tikkunsidra li ż-żgħażagħ ma għamlux ħsara fil-propjetà.
F’kitba qalu kif id-darba li jmiss għandhom jidħlu mill-bieb minflok mit-tieqa u jingħaqdu magħhom għal prattika tal-boxing wara li nnotaw mill-filmati li t-teknika li użaw teħtieġ ftit xogħol.
U għal dak iż-żagħżugħ li ħa f’idejh trofew u ppoża biha għar-ritratti, fakkruh li biex ikollok waħda minnhom teħtieġ id-dixxiplina, ir-rispett, u ħafna xogħol. “Nieħdu iktar gost narawk tirbaħ wieħed inti stess”.
Fakkru wkoll kif it-twieqi mhumiex stedina biex wieħed jidħol fuq ġewwa bla permess, il-boxing ring mhux post fejn wieħed imur jilgħab, u t-trofej mhumiex biex wieħed jieħu sensiela ta’ ritratti magħhom.
#td_uid_2_6a2b9ea371836 .td-doubleSlider-2 .td-item1 {
background: url(https://cdn.newsbook.com.mt/wp-content/uploads/2026/06/11125858/Sliema-Fitness-gym-zghazagh-trespassing-4-80×60.jpg) 0 0 no-repeat;
}
#td_uid_2_6a2b9ea371836 .td-doubleSlider-2 .td-item2 {
background: url(https://cdn.newsbook.com.mt/wp-content/uploads/2026/06/11125909/Sliema-Fitness-gym-zghazagh-trespassing-5-80×60.jpg) 0 0 no-repeat;
}
#td_uid_2_6a2b9ea371836 .td-doubleSlider-2 .td-item3 {
background: url(https://cdn.newsbook.com.mt/wp-content/uploads/2026/06/11125920/Sliema-Fitness-gym-zghazagh-trespassing-6-80×60.jpg) 0 0 no-repeat;
}
#td_uid_2_6a2b9ea371836 .td-doubleSlider-2 .td-item4 {
background: url(https://cdn.newsbook.com.mt/wp-content/uploads/2026/06/11125931/Sliema-Fitness-gym-zghazagh-trespassing-7-80×60.jpg) 0 0 no-repeat;
}
#td_uid_2_6a2b9ea371836 .td-doubleSlider-2 .td-item5 {
background: url(https://cdn.newsbook.com.mt/wp-content/uploads/2026/06/11125942/Sliema-Fitness-gym-zghazagh-trespassing-8-80×60.jpg) 0 0 no-repeat;
}
#td_uid_2_6a2b9ea371836 .td-doubleSlider-2 .td-item6 {
background: url(https://cdn.newsbook.com.mt/wp-content/uploads/2026/06/11125946/Sliema-Fitness-gym-zghazagh-trespassing-1-80×60.jpg) 0 0 no-repeat;
}
#td_uid_2_6a2b9ea371836 .td-doubleSlider-2 .td-item7 {
background: url(https://cdn.newsbook.com.mt/wp-content/uploads/2026/06/11125957/Sliema-Fitness-gym-zghazagh-trespassing-2-80×60.jpg) 0 0 no-repeat;
}
#td_uid_2_6a2b9ea371836 .td-doubleSlider-2 .td-item8 {
background: url(https://cdn.newsbook.com.mt/wp-content/uploads/2026/06/11130008/Sliema-Fitness-gym-zghazagh-trespassing-3-80×60.jpg) 0 0 no-repeat;
}
The post Jinqabdu deħlin mit-tieqa ta’ gym, jieħdu ritratti mat-trofej u jilagħbu l-boxing appeared first on Newsbook.
Read the full article at the original source
Visit Newsbook →





